Ġuvni mixli li darab tnejn gravi b’sikkina waqt ġlieda f’Bormla

  • Lul 25, 2018 14:59
  • Miktub minn iNews
"

    Ġuvni ta’ 16-il sena minn Bormla tressaq fil-Qorti tal-Maġistrati b’rabta ma’ ġlieda li nqalgħet bejn sebat irġiel fl-istess lokalità li fiha intużaw żewġ skieken u lembuba. 

    Huwa kien mixli li darab gravi żewġt irġiel billi tahom daqqiet ta’ sikkina, li kellu fil-pussess tiegħu ponn tal-ħadid u sikkina mingħajr ma kellu liċenzja kif ukoll li kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied fost l-oħrajn. 

    L-inċident seħħ it-Tlieta għall-ħabta tal-11.30 p.m. x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata bil-ġlieda u immedjatament il-Pulizija mid-Distrett ta' Bormla u dawk mir-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-argument beda f'Misraħ Santa Margerita u kompla fi Triq Erin Serracino Inglott.

    Kienu diversi persuni bejn l-etajiet ta’ 16-il sena u 43 sena li ndarbu waqt l-argument. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet żewġ irġiel ta’ 37 u 17-il sena rispettivament l-Isptar għall-kura fejn instab li kienu qed isofru ġrieħi ħfief.

    Mara ta' 43 sena u ġuvni ta' 16-il sena, ukoll minn Bormla, ittieħdu għall-kura fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana fejn instab li l-mara kellha ġrieħi ħfief u l-ġuvni ġrieħi gravi.

    Sadanittant, l-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh u ngħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €7,000 u kien ordnat jiffirma fl-eqreb għassa tliet darbiet fil-ġimgħa.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Josric Mifsud u Jeffrey Scicluna. 

    L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għall-imputat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0