''Bniedem ġentlom, kariżmatiku, professjonali, well-read, diplomatiku, ħabib, persuna ta’ rispett kbir, u uman''

  • Lul 25, 2018 15:21
  • Miktub minn iNews
"

    Kien b’dan il-kliem li l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ddeskriviet lil Guido de Marco, President ta’ Malta (199-2004) waqt serata mużiko-letterarja li ġiet organizzata mill-Uffiċċju tal-President ad unur tiegħu.

    Il-President Coleiro Preca qalet li bħala Maltin u Għawdxin għandna nkunu kburin b’dan l-istatista li għamel tant ġid għal Malta, u li ta tant viżibilità lil Malta f’diversi fora internazzjonali, fil-Ġnus Magħquda, fil-Commonwealth Foundation, u fl-Unjoni Ewropea. 

    “Dan jagħmlu persuna li ta ġieħ lil pajjiżna – wild Malta li kien denju ta’ pajjiżna. Kien statista u politiku li rriffletta valuri etiċi u rispettabbli fil-politika, u nibqa’ ngħid li persuni bħal Guido de Marco jridu jibqgħu jkunu mudell għall-valuri li jkunu ħaddnu biex mexxew ’il quddiem dak li jemmnu fih u dak li jagħmlu għal pajjiżna”, tenniet il-President Coleiro Preca. 

    Wara s-serata mużiko-letterarja, li għaliha attendew fost l-oħrajn is-Sinjura Violet de Marco u wlied Guido de Marco, u li matulha nqraw siltiet mill-awtobijografija tiegħu, Il-Politika tal-Persważjoni, b’kontribuzzjonijiet ukoll minn Louis Galea u Joseph M Pirotta, l-Uffiċċju tal-President organizza wirja b’diversi ritratti u memorabilia differenti marbuta mal-karriera ta’ Guido de Marco.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0