Beda l-proġett għat-twessigħ ta’ Triq tal-Balal

  • Aww 03, 2018 11:23
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali ta bidu għal proġett ieħor din id-darba biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet fi Triq tal-Balal, arterja prinċipali bejn in-Naxxar, il-Għargħur, l-Iklin u San Ġwann.

    Il-proġett li qed jiġi mwettaq minn Infrastructure Malta, jestendi mir-roundabout fin-naħa ta’ fuq tat-triq, li tgħaqqad Triq tal-Balal man-Naxxar, l-Iklin u Triq M. Murray lejn u mill-Għargħur, u jispiċċa f’San Ġwann. Ix-xogħlijiet jinkludu l-bini ta’ korsija ġdida ta’ 2 kilometri fil-karreġjata ’l isfel ta’ din it-triq, min-Naxxar għal San Ġwann, u l-bini mill-ġdid tal-erba’ roundabouts ta’ Triq tal-Balal, biex jiġu introdotti bypass lanes ġodda u biex jiġu mtejba d-disinji tal-ħoloq. Id-disinji ġodda tar-roundabouts se jnaqqsu wkoll il-ħinijiet tal-ivvjaġġar f’diversi toroq sekondarji fl-inħawi, inkluż Triq tal-Ibraġ li tgħaqqad l-inħawi tal-Ibraġ u l-Madliena fis-Swieqi ma’ San Ġwann, u Triq M. Murray li tgħaqqad l-inħawi ta’ Birguma u tat-Tarġa fin-Naxxar ma’ Triq tal-Balal. Id-dawl tat-triq u s-sistemi tat-trażżin tal-vetturi se jiġu mtejba wkoll. Id-disnn ġdid tat-triq jinkludi wkoll numru ta’ lay-bys għall-karozzi tal-linja għal vjaġġar aktar sigur bit-trasport pubbliku. Ix-xogħlijiet fuq il-post mistennija jitlestew sal-aħħar tas-sajf.

    F’kumment dwar il-proġett, il-Ministru Borg spjega kif Triq tal-Balal tintuża minn eluf ta’ utenti tat-toroq li jivvjaġġaw minn Burmarrard, il-Mosta, in-Naxxar, l-Iklin u Birkirkara lejn San Ġwann, tas-Sliema, il-Belt Valletta u lokalitajiet oħra viċin ta’ kuljum. Huwa żied jgħid li l-kapaċità tat-triq inqabżet bosta snin ilu, u dan ikkawża konġestjoni u aktar emissjonijiet mill-vetturi fl-inħawi. “Biż-żieda ta’ korsija fid-direzzjoni ’l isfel u billi nottimizzaw id-disinn tar-roundabouts ta’ din it-triq, qegħdin inżidulha l-kapaċità sabiex tilqa’ għad-domanda tal-preżent u tal-futur u biex ikomplu jonqsu l-ħinijiet tal-ivvjaġġar matul din ir-rotta. Hekk kif it-triq u l-ħoloq tagħha jsiru aktar effiċjenti, it-tniġġis tal-arja kkawżat mill-emissjonijiet tal-vetturi minħabba traffiku kbir f’din it-triq se jonqos ukoll,” qal il-Ministru. 

    It-titjib ta’ Triq tal-Balal huwa wieħed minn diversi proġetti li ġew mibdija dan is-sajf sabiex itaffu diffikultajiet eżistenti fin-network tat-toroq tal-pajjiż, u sabiex jonqos ir-riskju tal-inċidenti u l-ħin tal-ivvjaġġar. Xogħlijiet simili oħra li għaddejjin bħalissa jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ partijiet minn Triq Diċembru 13 u l-konnessjonijiet tagħha ma’ Triq Aldo Moro u l-Marsa-Ħamrun Bypass fil-Marsa, it-titjib ta’ Triq l-Imdina u ż-żewġ roundabouts prinċipali f’Ħaż-Żebbuġ, it-twessigħ ta’ Vjal l-Avjazzjoni fil-Gudja u l-bini mill-ġdid ta’ numru ta’ toroq sekondarji li jipprovdu rotot alternattivi bejn lokalitajiet differenti. Xogħlijiet oħra għal titjib simili se jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

    “Il-Ministeru, permezz ta’ Infrastructure Malta, huwa kommess għall-investiment kontinwu fl-ottimizzazzjoni tan-network tat-toroq f’Malta u Għawdex, u għall-iżvilupp ta’ infrastruttura ġdida li tista’ tilqa’ bżonnijiet preżenti u futuri filwaqt li tħeġġeġ aktar l-użu ta’ mezzi ta’ trasport sostenibbli,” qal il-Ministru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0