ARA: €2.1 Miljun f’boroż ta’ studju fil-qasam tas-saħħa

  • Aww 03, 2018 14:38
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    Opportunità ta’ taħriġ mediku speċjalizzat għal 13-il-żgħażugħ

    Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar boroż ta’ studju għal tlettax-il-persuna fil-qasam mediku. Dawn il-boroż sejrin jagħtu ċ-ċans lil żgħażagħ jew professjonisti Maltin biex ikunu minn ta’ quddiem lokalment li jispeċjalizzaw fis-settur tal-Orthoptics, l-Optometry u l-Genetic Counselling, ġewwa tlett Universitajiet Brittanniċi differenti (University of Cardiff, University of Sheffield, City University of London).

    Il-boroż ta’ studji (li sejrin jinkludu flus għall-istudju, flus għall-akkomodazzjoni, titjiriet, kotba u aċċessorji neċessarja għat-taħriġ) sejrin ukoll iwasslu għall-impjieg mill-Gvern Malti fis-settur tas-saħħa pubblika, biex b’hekk ikomplu jagħtu s-servizz tant bżonnjuż fl-ispeċjalita tagħhom ġewwa pajjiżna. Fl-istess ħin, dawn il-professjonisti sejrin ikomplu jħarrġu lil nies oħra, biex l-ammont ta’ professjonisti speċjalizzati f’dawn it-tlett oqsma jkunu self-suffiċjenti.

    “Biex noffru servizz tas-saħħa aħjar lill-poplu Malti”

    Fearne saħaq kif il-Ministru tas-Saħħa ra dan in-nuqqas ta’ speċjalisti f’dan il-qasam, u stħarreġ biex jara l-aħjar soluzzjoni: “F’pajjiż bħal tagħna, kellna żewġ għażliet sempliċi: Jew timporta professjonisti minn barra, jew inkella tħarreġ lin-nies tiegħek stess. Minħabba li aħna konna konxji li fiż-żmien li ġej sejrin ikollna bżonn numru ta’ professjonisti f’dawn it-tlett setturi, qegħdin inħabbru dawn it-tlett boroż ta’ studju, bil-maġġur parti ġejjin direttament minn fondi Ewropej, biex nagħtu taħriġ speċjalizzat lil dawn it-tlettax il-persuna differenti.”

    “Matul dawn l-aħħar għoxrin sena, waħda mill-ikbar żviluppi li rajna fil-qasam tas-saħħa kienet fis-setturi non-tradizzjonali. Qabel, l-aspett kollu tas-saħħa kien idur fuq erba’ tipi ta’ professjonisti: it-tobba, l-infermiera, l-qwiebel u l-ispiżjara. F’dawn l-aħħar snin, żviluppa sew dak li ngħidulu bħala l-Allied Health Profession, li jfissru professjonisti li mhux neċessarjament tobba, iżda joffru servizzi speċjalizzati il-qasam tas-saħħa, fosthom fiżjoterapisti u l-psikologi.”

    Id-Deputat Prim Ministru tenna kif dawn il-boroż ta’ studju sejrin ikunu opportunitajiet kbar u ġodda għaż-żgħażagħ tagħna, f’oqsma tas-saħħa kruċjali. “Grazzi għal dawn it-tlettax il-borża ta’ studju, sejrin ikollna speċjalisti ġodda f’setturi kruċjali f’temp ta’ tlett snin. B’hekk, inkomplu ntejbu u naħdmu favur settur tas-saħħa pubblika iktar b’saħħitha li tkompli tagħti servizz aħjar lill-poplu Malti u Għawdxi.”

    Qegħdin jiġu offruti iktar servizzi mis-settur tas-saħħa pubblika

    F’kumment dirett ma’ dan il-ġurnal, Dr Kenneth Grech, li huwa konsulent fis-settur tas-saħħa pubblika kif ukoll Project leader ta’ dawn il-boroż ta’ studju, stqarr kif is-settur pubbliku tas-saħħa “huwa wieħed li qiegħed jikber, speċifikament fl-ammont ta’ servizzi li qegħdin nagħtu. Għalhekk, huwa iktar mportanti li jkollna ammont ta’ speċjalisti li jaħdmu f’dan is-settur.”

    “F’dawn l-oqsma li qegħdin nindirizzaw llum, rajna kif fil-preżent ma kienx hemm taħriġ lokali, allura bilfors kien hemm il-bżonn li nibagħtu lin-nies barra minn Malta. Kienet importanti wkoll li nibagħtu lil Maltin u l-Għawdxin barra biex, apparti li jibdew joffru s-servizz tagħhom f’pajjiżna, jkunu jistgħu jħarrġu lil iktar professjonisti u tobba Maltin biex jimxu warajhom. Minflok iddeċidejna li nieħdu l-iktar deċiżjoni faċli, u mpurtajna professjonisti minn barra, morna għal soluzzjoni inqas temporanja, imma iktar sostenibbli.”

    Dr Grech spjega kif il-preżent, fis-setturi tal-orthoptics, optometry u l-genetic counselling, in-numru ta’ esperti huma ftit li xejn. “Fis-settur tal-orthoptics, hemm tlett esperti li jaħdmu fl-isptarijiet pubbliċi; f’tal-Optometry, m’hemm ħadd fis-settur pubbliku (iżda hemm fil-privat), waqt li s-settur tal-Genetic Counselling huwa totalment ġdid għas-settur tas-saħħa pubbliku u privat f’Malta. Kien għalhekk li ħassejna l-bżonn u l-ħtieġa li nindirizzaw dawn in-nuqqasijiet.”

    Ritratt u filmat: Alan Saliba

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0