inewsmalta.com



Koppja Ġermaniża jbiegħu tifel ta' disa' snin għall-prostituzzjoni

  • Aww 08, 2018 11:45
  • Miktub minn iNews

    Omm ta’ nazzjonalità Ġermaniża u s-sieħeb tagħha li biegħu iben il-mara għas-sess fuq l-internet u ġibdu filmati waqt li stuprawh, ingħataw sentenza ta’ 12-il sena ħabs.

    Hu rrappurtat li l-omm, li għandha 48 sena u r-raġel ta’ 39 sena, offrew lill-pedofeli li jużaw id-dark net biex jixtru lit-tifel tal-mara. Meta seħħ il-każ il-vittma kien għad kellu disa’ snin.

    Fil-qorti ta’ Freiburg intqal kif dawn iż-żewġ predaturi sesswali abbużaw u stupraw lit-tifel għal sentejn sħaħ. Il-Qorti Ġermaniża tat sentenza ta’ 12-il sena u nofs ħabs lill-mara u lir-raġel weħlitu 12-il sena u fl-istess ħin ordnat li r-raġel jibqa’ taħt kustodja preventiva wara li joħroġ mill-ħabs.

    Il-koppja kienu fost grupp ta’ persuni ssuspettati b’pedofelija li ġew arrestati proprju s-sena l-oħra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook