Il-kowċ u tliet plejers Tajlandiżi li nqabdu f'għar jingħataw iċ-ċittadinanza

  • Aww 08, 2018 18:35
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kowċ u tliet plejers tat-tim Tajlandiż, Wild Boars, li sfaw maqbuda f'għar wara li għola l-livell tal-ilma, ingħataw iċ-ċittadinanza Tajlandiża. Dan wara li kien skopert li dawn tal-aħħar kienu jagħmlu parti mill-480,000 Tajlandiż li m'għandhomx ċittadinanza. 

    It-tim tal-Wild Boars, magħmul minn 12-il plejer flimkien mal-kowċ tagħhom, Ekapol Chantawong, kienu nqabdu f'għar nhar is-23 ta' Ġunju, wara li b'konsegwenza ta' maltempata, għola l-livell tal-ilma. It-tim kollu kien evakwat qawwi u sħiħ wara 18-il ġurnata minn numru ta' bugħaddasa. 

    Intant, Somsak Kanakam, il-Kap Eżekuttiv tad-distrett Mae Sai, enfasizza li l-għoti taċ-ċittadinanza m'għandu x'jaqsam xejn mal-evakwazzjoni mill-għar. "Iċ-ċittadinanza ngħatat għax kien vera ħaqqhom," saħaq Kanakam. Fid-dawl tas-sitwazzjoni, li hemm kważi nofs miljun Tajlandiż mingħajr stat minkeja li dawn jikkwalifikaw, l-awtoritajiet konċernati appellaw għal inqas dewmien fil-proċess tal-għoti taċ-ċittadinanza.   

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0