Atletika: Agones Torq 5k tattira ammont kbir ta’ atleti

  • Aww 09, 2018 00:47
  • Miktub minn iNews
"

    It-tellieqa Trail Run fuq distanza ta’ 5 ki­lometri organizzata mill-Agones SFC attirat numru sabiħ ta’ atleti f’tellieqa li hija kkunsidrata bħala waħda barra mill-ista­ġun tat-tlielaq.

    It-Trail Running sar sinonimu mal-club ta’ Agones.  Sa ftit snin ilu t-trail running kien sport li kien jiġi ppratikat minn ftit di­lettanti, li kienu jiltaqgħu biex jiġru u jis­kop­ru x-xenarju ġdid qalb in-natura f’Malta.

    It-’Torq 5K Trail Run’ inżammet ftit ‘il bogħod mir-raħal mimli xenarju tal-Gudja u wriet kemm dan l-isport qed jikber fil-popolarità.

    Fost l-atleti kien hemm taħlita ta’ veterani fit-trail running kif ukoll uċuh ġodda f’dan l-isport.

    Ir-rebbieħa tat-tellieqa kienu Tara Abdilla u Drew Lang, it-tnejn li huma veterani fit-tlielaq fit-toroq.

    Abdilla skopriet it-trail running iktar kmieni din is-sena meta hija ħadet sehem, u rebħet it-titlu globali, fis-serje tat-trail running organizzat mill-istess Agones SFC.  

    Abdilla kellha rebħa komda, meta kellha vantaġġ ta’ żewġ minuti u 16-il sekonda fuq Dzintra Grech, li wkoll kellha staġun tajjeb.

    Paula Briffa wkoll hija veterana fit-tlie­laq fit-triq iżda għadha kemmxejn ġdida f’dan l-ambjent.

    Drew Lang ma għandu bżonn tal-ebda introduz­zjoni fiċ-ċrieki tal-atletika lokali iżda din kienet l-ewwel dehra tiegħu fit-trail running.

    Lang kellu kompetizzjoni iebsa minn Pierre Chicco, iżda Lang spiċċa fl-ewwel post, b’distakk ta’ tliet sekondi. It-tielet fuq il-podju kien Natalino Farrugia.

    “It-Trail Running huwa sport li ma jirrikjedix ħafna spejjeż. Kull m’għandek bżonn hu par żarbun tajjeb għal dan it-tip ta’ ġiri. Dan it-tip ta’ ġiri u tlielaq jieħdu in-nies barra mill-istorbju tat-toroq u għall-kwiet fil-kampanja, għalhekk qed naraw żieda fil-parteċipazzjoni,” spjega Warren Muscat, president ta’ Agones SFC.

    “Kull tellieqa jew avveniment li norga­nizzaw qegħdin naraw uċuh ġodda.

    It-trail runs li nagħmlu kull ġimgħa dej­jem ikunu komposti minn grupp tajjeb ta’ parteċipanti.”

     It-tellieqa Torq  5k kienet appoġġata minn Torq u saret taħt l-awspiċi tal-Malta Amateur Athletics Association. Il-premji­jiet ġew preżentati lir-reb­bieħa fl-aħħar tat-tellieqa.

    La Salle AC kienu r-rebbieħa globali tal-kategorija tat-timijiet tan-nisa u tal-irġiel.

     Għal aktar informazzjoni dwar Agones SFC u l-avvenimenti tagħhom jinsab fuq is-sit elettroniku uffiċjali, www.agones-sfc.eu,  jew fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0