Kampjonat Ewropew tal-għawm ? Ir-Russu Kliment Kolesnikov jirreġistra double

  • Aww 09, 2018 00:52
  • Miktub minn iNews

    Il-fenomenu teenager ġdid tal-għawm Russu, Kliment Kolesnikov, issiġilla doppjetta fil-50 metru u fil-100 metru tal-backstroke f’inqas minn ħames ġimgħat wara li huwa għamel l-istess kisba fil-kampjonati ekwivalenti taż-żgħażagħ.

    L-għawwiem ta’ 18-il se­na, nhar is-Sibt kiser ir-rekord tad-dinja tal-avveniment tal-50 metru, u kiser ir-re­kord tiegħu stess tal-   Ju­niors waqt li rebaħ il-finali tal-100 metru fil-ħin ta’ 52.53 sekondi.

    Fit-tieni post biex rebaħ il-midalja tal-fidda daħal il-kollega tiegħu Eveny Rylov fil-ħin ta’ 52.74 sekondi bil-midalja tal-bronż tmur għand il-Grieg Apostolos Christov li daħal fil-ħin ta’ 53.74 sekondi.

    L-aħħar tour tal-forza ki­sib­lu t-tielet midalja tad-deheb f’erbat ijiem ta’ kompetizzjoni wara li kien ukoll parti mill-kwartett Russu li rebaħ l-4x100 metru freestyle.

    Kien fil-bidu ta’ Lulju f’Helsinki li Kolesnikov proprjament ħabbar il-brillanza tiegħu b’ħames midalji tad-deheb fil-European Junior Championships, iżda l-progress tiegħu minn dak in-nhar kien wieħed iktar spettakolari.

    Biex jagħlaq ġurnata stellari, Kolesnikov kien iktar veloċi meta għam l-ewwel leg tal-4x100 metru medley relay imħallta, għalkemm il-ħin ma jgħoddx għall-fini tar-rekords hekk kif ir-Russja rebħet il-fidda wara l-kwartet Britanniku ispirat minn Adam Peaty.

    Peaty (57.27), li kiser ir-rekord dinji tal-100 metru breastroke individwali, kellu miegħu lil Georgia Davies (59.12) li rebħet il-50 metru  backstroke, James Guy (50.96) u Freya Anderson (52.83).

    Il-ħin tagħhom ta’ 3 minuti u 40.18 sekondi kiser żewġ rekords, li huma rekord tal-Ewropa u rekord tal-kampjonati.

    Il-midalja tal-fidda marret għand ir-Russja fil-ħin ta’ 3:42.71 meta għalihom tellqu Kliment Kolosnikov (52.51), Yuliya Yefimova (1:05.07), Svetlana Chimrova (57.30) u Vladimir Morozov (47.83).

    It-Taljani komplew iżidu l-midalji meta ħadu l-bronż fi 3:44.85 meta kienu komposti minn Margherita Panziero (1:00.11), Fabio Scozzoli (59.46), Elena Di Liddo (57.68) u Alessandro Miressi (47.60).

    F’lejla oħra li rat lir-Rus­sja jkomplu bid-dominanza tagħ­hom fil-pixxina u jtellgħu l-midalji fl-għawm għal 15, inklużi ħamsa tad-deheb, kien Anton Chupkov li żied it-titlu tal-200 metru breastroke fil-ħin rekord Ewropew u tal-kampjonati  meta rebaħ fil-ħin ta’ żewġ minuti u 06.80 sekondi.

    Il-Britanniku James Whitby rebaħ il-midalja tal-fidda f’2:08.39 waqt li t-Taljan Luca Pizzini ta oħra tal-bronż lill-pajjiżu meta daħal fil-ħin ta’ 2:08.54.

    Sadanittant, Charlotte Bon­net u l-għarus tagħha Jeremy Desplanches setgħu nkurunaw lilhom infushom bħala l-koppja tad-deheb tal-għawm Ewropew fi spazju ta’ 15-il minuta.

    L-ewwel, il-Franċiża Bonnet, rebħet it-titlu tal-200 metru freestyle fl-aqwa ħin tal-karriera u f’rekord tal-kampjonati ta’ 1:54.95 qabel ma l-Isvizzeru Desplanches ħassu ispirat b’mod xieraq biex rebaħ il-200 metru Individual Medley f’1:57.04.

    Il-midalja tal-fidda wara Bonnet marret għand l-Olan­diża Femke Heemskerk f’1:56.72 u dik tal-bronż ħaditha Anastasia Guzhenkova tar-Russja f’1:56.77.

    “Rajt lil Charlotte tirbaħ, u dan tani l-ġwienaħ,” qal Des­planches. “Aħna t-tnejn rebbieħa u t-tnejn champions Ewropej.

    “Rajt it-tellieqa tagħha waqt li kont fil-kamra qabel ma għajtulna għat-tellieqa. Kien diffiċli biex inżomm il-konċentrazzjoni, iżda hija kbira.”

    Min-naħa tagħha Bonnet qalet: “Huwa qalli li ma kienx jemmen li seta’ jirbaħ. Kont iktar kommossa meta rajtu jirbaħ milli fuq il-midalja tad-deheb tiegħi. Ninsab kburija ħafna bih.

    “Aħna nittrenjaw flim­kien, ngħixu flimkien, u naq­smu kollox flimkien.”

    L-Ungeriż Philip Heintz rebaħ il-fidda wara Des­planches f’1:57.83 bil-Britanniku Max Litchfield jieħu l-bronż f’1:57.96.

    Il-finali l-oħra tal-ġurnata rat lill-Ungerija jirbħu t-tieni midalja tad-deheb meta Boglarka Kapas spiċċat l-ewwel fil-200 metru butterfly fil-ħin ta’ 2:07.13 waqt li Svetlana Chimrova tar-Rus-sja ħadet il-fidda f’2:07.33 u dik tal-bronż marret għand Alys Thomas tal-Britannja f’2:07.42.

    Wara li tmien snin ilu Kapas kienet rebħet it-titlu tal-200 metru butterfly fl-Olim­pjadi ta’ Londra, hija saret speċjalista fil-freestyle, iżda ammettiet li “kultant niġi mxabba’ u għalhekk ridt nipprova xi ħaġa ġdida oħra.”

    Għal dawn l-aħħar sitt xhur, l-għawwiema ta’ 25 sena reġgħet ittrenjat fl-avveniment antik tagħha, il-200 metru butterfly u tant tjiebet malajr li kienet kapaċi tirbaħ it-titlu, rebħa li ħallietha kemm sorpriż kif ukoll kuntenta.

    L-għawm sinkronizzat ġie fit-tmiem tiegħu l-bieraħ bl-istilla ta’ din id-dixxiplina tkun ir-Russa, Svetlana Ko­lesnichencko, li rebħet erba’ midalji tad-deheb waqt li t-Taljana Linda Cerruti marret tajjeb ukoll meta rebħet seba’ midalji, tnejn tal-fidda u ħamsa tal-bronż.

    Fil-lista tal-midalji r-Rus­sja żammew l-ewwel post b’ħames midalji tad-deheb, sebgħa tal-fidda u tlieta tal-bronż bil-Britannja waraj­hom b’erbgħa deheb, tlieta fidda u erbgħa bronż.

    Franza qabżu lill-Italja bi tlieta tad-deheb u waħda tal-fidda bit-Taljani jiksbu tnejn deheb, tnejn fidda u seba’ bronż.

    Imbagħad jiġu l-Ungerija bi tnejn deheb u tnejn fidda, il-Ġermanja bi tnejn deheb u waħda kull waħda fidda u bronż u l-Ukrajna waħda fidda u oħra bronż.

    L-Isvizzera rebħu waħda tad-deheb, l-Olanda tnejn fidda u oħra bronż u d-Danimarka waħda fidda u oħra bronż.

    Il-Litwanja, in-Norveġja u r-Rumanija waħda fidda kull wieħed u finalment il-Finlandja, l-Irlanda, il-Polonja u l-Greċja b’waħda tal-bronż kull wieħed ukoll.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0