inewsmalta.com



Lombok mheżża minn terremot ieħor jiem biss wara li mietu 347 persuna

  • Aww 09, 2018 09:02
  • Miktub minn iNews

    Il-gżira Indoneżjana ta’ Lombok reġgħet sfat mheżża minn terremot ieħor, jiem biss wara li 347 persuna huma rapportati li mietu f’terremot aktar b’saħħtu.

    Dan l-aħħar terremot kien ta’ saħħa 5.9 fuq l-Iskala Richter, b’rapporti fil-midja lokali jisħqu li kien hemm binjiet li anke ġġarrfu f’din l-aħħar theżżiża. Dan filwaqt li ħaddiema tas-salvataġġ għadhom għaddejjin bl-operazzjoni ta’ salvataġġ biex isalvaw lil persuni li għadhom maqbudin taħt binjiet li ġġarrfu.

    Is-Salib l-Aħmar qed jisħaq li fl-ewwel terremot mietu mill-inqas 131 persuna, madankollu saħqet kien ta’ saħħa eċċezzjonali. Uffiċjal tal-organizzazzjoni f’Lambok qal li kien hemm irħula li ġġarrfu għal kollox.

    In-numru uffiċjali tal-vittmi tal-ewwel terremot huwa ta’ 131 persuna, madankollu l-midja lokali qed tirrapporta ċifri li fil-verità mietu 347 persuna.

    Il-Gvern qal li aktar minn 1,400 persuna sfaw midrubin, filwaqt li aktar minn 156,000 persuna kellhom jitilqu mill-kenn ta’ darhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook