Petizzjoni favur il-ħruq ta' logħob tan-nar mal-Knisja tikseb appoġġ kbir fi ftit sigħat

  • Aww 09, 2018 09:17
  • Miktub minn iNews
"

    Petizzjoni mibdija mid-Deputat Laburista Clayton Bartolo biex jinbidel digriet tal-Kurja li ma jippermettix ħruq ta’ nar mill-Knejjes fi ftit sigħat sabet l-appoġġ ta’ bosta, bi kważi elf persuna tiffirma l-imsemmija petizzjoni. F’kumment mal-petizzjoni, b’referenza għad-deċiżjoni tal-Kurja fejn informat lill-għaqda tan-nar tal-Mellieħa li ma kinitx se tagħtiha permess taħraq logħob tan-nar mal-faċċata tal-Knisja, id-Deputat Bartolo saħaq li “ħadd ma jista’ jifhem għaliex l-Għaqda tan-Nar Marija Bambina tal-Mellieħa ġiet trattata b’dan il-mod mill-awtoritajiet Ekkleżjastiċi.”

    Bartolo kompla jgħid li din hija l-istess għaqda tan-nar li fil-jiem li għaddew ingħatat Rikonoxximent il-Mellieħa b’mod unanimu mill-Kunsill Lokali tal-lokalità. Huwa żied jgħid li l-Melleħin, u dawk kollha li jħobbu l-festi, japprezzaw ix-xogħol li jsir sabiex din it-tradizzjoni tan-nar tkompli tikber. Dan filwaqt li saħaq li hija wkoll attrazzjoni turistika li żgur m’għandhiex tintilef.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0