Ċertifikati għall-istudenti tal-Arti u x-Xjenzi Liberali … Qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal Ottobru

  • Aww 09, 2018 09:33
  • Miktub minn iNews
"

    Matul ċerimonja qasira li saret nhar il-25 ta’ Lulju, ir-Rettur tal-Università ta’ Malta, il-Prof. Alfred J. Vella, ippreżenta ċertifikati lil 145 student li temmew b’suċċess korsijiet qosra li jagħmlu parti mill-Programm fl-Arti u x-Xjenzi Liberali (PLAS) matul is-sena akkademika 2017-2018. Sittax-il student ingħataw ukoll iċ-Ċertifikat fl-Istudji Liberali (Cert. L.S.), filwaqt li oħrajn ser ikunu qed jiggradwaw b’Diploma/Ogħla u Baċellerat fl-Istudji Liberali matul iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni li se jsiru f’Novembru. 

    Il-diversità fost dawk li rċevew iċ-ċertifikati tixhed l-appell wiesa’ li qed ikollu dan il-Programm imsejjes fuq l-interessi u l-ħtiġijiet tal-istudenti. Il-Programm joffri flessibiltà u opportunità biex issegwi korsijiet qosra tal-PLAS għall-iżvilupp personali jew professjonali tiegħek, u bil-pass tiegħek.

    Il-korsijiet qosra tal-PLAS huma mifruxin fuq erbatax-il ġimgħa u normalment isiru darba fil-ġimgħa bejn is-6:00pm u t-8:00pm. L-applikanti jistgħu jagħżlu liema u kemm-il kors qasir.

    Iċ-Ċentru għall-Arti u x-Xjenzi Liberali (CLAS) bħalissa qed jilqa’ l-applikazzjonijiet għall-korsijiet qosra tal-PLAS matul l-ewwel semestru tas-sena akkademika li jmiss (Ott. 2018 - Jan. 2019). Is-suġġetti offruti jinkludu l-Arkeoloġija, l-Istorja, il-Ġografija, is-Sistema Legali Maltija, l-Istorja tal-Arti, is-Saħħa Pubblika, l-Opera Russa, u l-Blockchain.

    Iċ-Ċentru qed joffri wkoll tlett PLAS Tech Units, dwar il-Java, 3D Modeling, u Smart Contract Programming, maħsuba għal professjonisti fil-qasam tal-informatika, b’kollaborazzjoni tad-Dipartiment tax-Xjenza tal-Kompjuter.

    Aktar tagħrif dwar korsijiet qosra individwali u ħlasijiet tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku taċ-Ċentru (www.um.edu.mt/clas). L-applikazzjonijiet jagħlqu fl-10 ta’ Settembru 2018. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0