Malta bl-akbar żieda ta' trabi mwielda barra miż-żwieġ fl-UE f'sena

  • Aww 09, 2018 09:53
  • Miktub minn iNews
"

    Malta rreġistrat l-akbar żieda f'sena fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea f'dawk li huma twelid ta' trabi barra miż-żwieġ. Madankollu r-rata ta' trabi mwielda barra miż-żwieġ xorta waħda għadha sinjifikament taħt il-medja tal-Unjoni Ewropea. Dan skont statistika tal-Eurostat ippubblikata llum.

    Filwaqt li fl-2015 in-numru ta’ trabi mwielda barra miż-żwieġ kien jammonta għal 26.9%, fl-2016 dan żdied b’4.9% għal 31.8%, li kienet l-akbar żieda fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll ferm aktar ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt bejn l-2015 u l-2016, in-numru ta’ trabi mwielda barra miż-żwieġ fot l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea żdiedet biss b’0.1%, mill-42.5% irreġistrati fl-2015 għall-42.6% tal-2016. Dan jirrifletti żieda ta’ xejn inqas minn 15% min-numru ta’ trabi mwielda barra miż-żwieġ fl-UE fl-2000, mis-27.3% irreġistrati fl-2000 għall-42.6% irreġistrati fl-2016. Minn dak iż-żmien ir-rata żdiedet b’1% kull sena, sakemm stabbilizzat fl-2016.

    Fuq l-istess perjodu n-numru ta’ trabi mwielda barra miż-żwieġ f’pajjiżna żdied mill-10.6% irreġistrati fl-2000, għall-31.8% tal-2016, żieda ta’ 21.2%.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0