Tnejn akkużati bi qtil li seħħ 18-il sena ilu jgħidu li nkisrulhom id-drittijiet tagħhom

  • Aww 09, 2018 10:45
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġt irġiel li huma akkużat bil-qtil li seħħ 18-il sena ilu ta’ messaġġier tal-BOV fuq l-għatba tal-fergħa tal-bank f’San Ġwann, ippreżentaw rikors fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) fejn qed jilmentaw li nkisrilhom id-dritt tagħhom għal smiegħ xieraq. 

    James Vella ta’ 38 sena u Christopher Scerri ta’ 40 sena tressqu l-Qorti fl-2014 akkużati fost l-oħrajn li flimkien ma’ persuni oħra sparaw tiri ta’ arma tan-nar fid-direzzjoni ta’  Alphonse Friggieri u kkaġunawlu l-mewt.

    Kien għall-ħabta tal-5.30 a.m. meta Friggieri, messaġġier tal-bank, inqatel b’tir ta’ pistola f’distanza ta’ madwar ħames metri. Huwa kien għadu kif ħareġ mill-karozza tiegħu li kienet ipparkjata barra l-fergħa tal-bank.

    Il-moħħ wara dan il-każ, Richard Grech magħruf bħala “iż-Żinnanna” kien ikkundannat għomru l-ħabs wara li f’Mejju tal-2011 kien għadda b’rabta mal-qtil intenzjonat u s-serqa vjolenti. 

    Kompliċi fl-istess każ, Joseph Zammit, kien ikkundannat 30 sena ħabs wara li wkoll għadda ġuri fl-2009. Iż-żewġ suspettati l-oħra, Vella u Scerri, kienu eventwalment tressqu l-Qorti erba’ snin ilu b’rabta mal-qtil tal-messaġġier tal-BOV.

    Fir-rikors ta’ dawn tal-aħħar intqal li l-Avukat Ġenerali kien ressaq ix-xhieda kollha neċessarji iżda baqa’ jinsisti fuq xhud partikolari, Richard Grech, liema xhud għandu appell pendenti u għalhekk ma setax jixhed fil-proċeduri kriminali kontrihom. 

    Huma għalhekk saħqu li l-unika u l-aħħar xhur li jonqosha l-Prosekuzzjoni huwa fil-fatt is-Sur Grech li iżda għalissa ma jistax jixhed. Fil-proċeduri b’kollox kien hemm 34 rinviju li 18 minnhom kienu ntiżi biex jinstema’ Grech. 

    Għalhekk qalu li ilhom għal dawn l-aħħar sentejn jitilgħu l-Qorti bażikament għalxejn minħabba l-aħħar xhud ma jistax jagħti x-xhieda tiegħu u dan l-istat ta’ fatt ikompli jaggrava ruħu meta wieħed jikkonsidra l-fatt li huma kienu tressqu fuq każ li allegatament seħħ 18-il sena ilu. 

    Saħqu li dan id-dewmien qiegħed jippreġudika u jikser id-drittijiet fundamentali tagħhom, b’mod partikolari dak għal smiegħ xieraq fi żmien raġjonevoli.

    Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, Vella u Scerri talbu lill-Qorti tiddikjara li t-trapass taż-żmien u d-dewmien irraġjonevoli biex jiġu ddikjarati konklużi l-proċeduri kriminali kien qed jikser id-dritt fundamentali u kostituzzjonali tagħhom.

    Barra minn hekk, huma talbu wkoll lill-Qorti biex tagħti rimedju effettiv u tipprovdi kif meħtieġ biex tissalvagwardja d-drittijiet fundamentali tagħhom. 

    Ir-rikors kien iffirmat mill-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Amadeus Cachia. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0