Infrastructure Malta tlesti l-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Keffa

  • Aww 09, 2018 11:35
  • Miktub minn iNews
"

    Infrastructure Malta qed tlesti ħidma ta’ madwar €450,000 sabiex tibni mill-ġdid Triq il-Keffa, triq residenzjali ta’ madwar nofs kilometru li kienet ilha mkissra u mitluqa għal ħafna snin.

    Il-kuntratturi tal-aġenzija bdew jiksu t-triq bl-aħħar saffi ta’ asfalt kmieni l-Ħamis filgħodu, wara li tlestew għadd ta’ xogħlijiet oħra, fosthom sistemi tat-tqassim tas-servizzi taħt il-livell tat-triq, sistemi tal-ilqugħ tal-ilma tax-xita u bini mill-ġdid tal-pedamenti u l-bankini tat-triq.

    Ftit snin ilu, il-Kunsill Lokali Swieqi, l-entità responsabbli miż-żamma ta’ din it-triq, talab lill-Gvern jgħin fit-tiswijiet ta’ din it-triq. L-istess Kunsill Lokali stqarr li ma kienx jiflaħ għall-ispiża ta’ dan il-proġett għaliex sabiex ix-xogħol meħtieġ isir minnu kien ikollu jonfoq il-fondi li kellu allokati għall-ħidma kollha tiegħu fil-lokalità għal aktar minn sitt xhur. Aktar kmieni din is-sena, Transport Malta, u eventwalment Infrastructure Malta, bdew ix-xogħlijiet meħtieġa biex din it-triq tinbena mill-ġdid. 

    Infrastructure Malta twaqqfet aktar kmieni dan is-sajf sabiex twettaq l-impenn tal-Gvern li jinvesti f’ħidma bla preċedent biex titjieb il-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq tal-pajjiż. L-aġenzija mhux qed tiffoka biss fuq titjib fit-toroq arterjali, iżda b’mod gradwali qed taħdem ukoll biex ittejjeb il-qagħda tat-toroq residenzjali li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex. Minbarra li jinbnew mill-ġdid toroq residenzjali li jinsabu fi stat ħażin, ser jinbnew ukoll madwar 170 triq li minkejja li hemm ħafna familji jgħixu fihom, baqgħu qatt ma nbnew u nksew bl-asfalt kif meħtieġ.

    Il-proġett ta’ Triq il-Keffa jinkludi l-bini mill-ġdid ta’ aktar minn 700 metru ta’ bankini, sistema ġdida ta’ madwar 130 metru ta’ kanali għall-ilma tax-xita fin-naħa t’isfel tat-triq u l-bdil u t-tisħiħ ta’ diversi sistemi ta’ pajpijiet u cables taħt l-art meħtieġa għat-tqassim tas-servizzi tal-ilma, elettriku u telekomunikazzjoni lill-propjetajiet ta’ dawn l-inħawi. Malli tlestew dawn ix-xogħljiet taħt il-livell tat-triq, il-kuntratturi ta’ Infrastructure Malta bnew mill-ġdid is-sisien tat-triq u ksewha b’wiċċ ta’ asfalt ġdid.

    Ħidmiet oħra ta’ Infrastructure Malta sabiex jinbnew mill-ġdid toroq arterjali ewlenin, toroq residenzjali u oħrajn fil-kampanja f’għadd ta’ nħawi differenti madwar il-pajjiż mistennija jkunu lesti fix-xhur li ġejjin. Fl-istes waqt, l-aġenzija dalwaqt se tħabbar aktar proġetti ta’ titjib f’ħafna toroq oħra f’Malta u Għawdex. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0