Aktar MPs tal-PN bi tweġiba orkestrata … jibqgħu jiċħdu li Delia qal li l-PN tilef il-kredibilita u jinsistu li dan spin tal-PL

  • Aww 09, 2018 12:32
  • Miktub minn iNews
"

    Anke l-Viċi-Kap tal-PN David Agius u d-deputati Ryan Callus u David Stellini qed jiċħdu li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-partit tilef il-kredibilita.

    Staqsejna lid-deputati kollha tal-Oppożizzjoni, kemm dawk tal-PN kif ukoll it-tnejn tal-PD, jaqblux ma' din id-dikjarazzjoni.

    Waqt li Marlene Farrugia kienet l-ewwel waħda li rreaġixxiet bit-tweġiba tagħha, tliet deputati -  Ivan Bartolo, Karl Gouder u Robert Cutajar – bagħtu l-istess risposta, kelma b'kelma.

    Magħhom ingħaqdu fi tweġiba orkestrata d-deputati Agius, Callus u Stellini li qalu li Delia ma' qalx li l-PN tilef il-kredibilita tiegħu u li din kienet spin tal-PL.

    Huma wkoll insistew li l-PN huwa kredibbli għaliex għaraf iġorr ir-responsabbilta politika tiegħu kuntrarjament għal Konrad Mizzi u Keith Schembri wara li nqabdu b'kontijiet sigriet fil-Panama u l-Prim Ministru Joseph Muscat li ma talabhomx iġorruha.

    “Din toħroġ ċar id-dgħjufija tal-Prim Ministru li huwa ostaġġ ta’ dawn iż-żewġ persuni qrib tiegħu”, sostnew it-tliet deputati fir-risposta tagħhom.

    Min-naħa tagħha, Farrugia qalet li l-PN huwa kredibbli mentri hija t-tmexxija attwali li m'għandix kredibilita.

    Il-bqija tad-deputati ma weġbunix dwar jekk jaqblux jew le mad-dikjarazzjoni ta' Delia li ġiet rappurtata fuq il-mezzi tax-xandir anke jekk qed jiċħdu li qalha.

    Delia, li l-Erbgħa għalaq 49 sena, irrikonoxxa li n-numru jindikaw li l-PN jinsab f'qagħda diffiċli u anke semma kif hemm min fil-partit qed jirreżisti t-tibdil li jrid jagħmel.

    Il-PN jinsab iffaċċjat minn firda bejn il-grupp leali lejn Delia u dak lejn Simon Busuttil tant li din ħarġet fil-beraħ hekk kif il-kap attwali talab lill-predeċessur tiegħu jissospendi lilu nnifsu fuq l-eżitu tal-inkjesta-Egrant.

    Wara li Busuttil m'aċċettax, Delia kien kostrett jirtira t-talba hekk kif numru ta' deputati ħarġu jappoġġjaw lil Busuttil u kien hemm anke xniegħa li kienu lesti jressqu mozzjoni ta' sfiduċja fih.

    Is-sitwazzjoni fil-PN ġiet riflessa fl-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika fejn jirriżulta li kieku ssir elezzjoni bħalissa l-PL jgħaddih b'differenza ta' madwar 90,000.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0