Il-Kap tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli ġie msejjaħ mill-Pulizija. Dan qalu l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia hekk kif dalgħodu ppreżenta rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali biex jingħata kopja sħiħa tar-rapport tal-inkjesta Egrant.
Delia saħaq li r-rapport għandu jkun ippreżentat lill-Oppożizzjoni biex tkun tista’ taqdi l-funzjonijiet kostituzzjonali tagħha, fl-interess tal-libertà tal-espressjoni biex tkun tista’ tesprimi lilha nfisha abbażi ta’ informazzjoni korretta.
Din it-talba saret wara l-objezzjonijiet mill-Avukat Ġenerali li din l-inkjesta tkun pubblikata.
Delia talab li l-każ jinstema’ b’urġenza, u qal li l-verità kollha, u mhux parti minnha, jeħtieġ illi toħroġ.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.