Mara Maċedona ssofri ġrieħi gravi wara li taħbat bil-mutur fil-Gżira

  • Aww 09, 2018 14:23
  • Miktub minn iNews
"

    Mara Maċedona sofriet ġrieħi gravi wara aktar kmieni wara nofsinhar kienet involuta f’ħabta bil-mutur li kienet qed issuq fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.45 p.m. fi Triq Rue D’Argens.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Toyota Vitz li kienet misjuqa minn mara ta’ 40 sena residenti Birkirkara u mutur Kymco Agility misjuq minn mara ta’ 25 sena mill-Maċedonja residenti Santa Venera.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara Maċedona l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0