inewsmalta.com



Aktar minn 363 siegħa ta' xemx irreġistrati f'Lulju

  • Aww 09, 2018 16:48
  • Miktub minn iNews

    Jiem sħan sajfin laqtu l-gżejjer hekk kif it-temperatura tal-arja ta’ Lulju telgħet minn minimu ta’ 20.2?C fil-bidu tax-xahar għal massimu ta’ 35.7?C. Filwaqt li ħafna erħewlha lejn xi bajja biex jaħarbu ftit is-sħana, il-baħar ukoll kien aktar sħun mis-soltu, b’temperatura medja li kienet 0.9?C ogħla min-norma klimatika ta’ 24.7?C. 

    Dsatax-il jum f’Lulju rreġistraw temperatura massima tal-arja li qabżet in-norma klimatika ta’ 31.6?C. Madankollu, it-temperatura massima tax-xahar li għadda kienet ħafna aktar baxxa mill-ogħla temperatura li qatt intlaħqet f’Lulju, jiġifieri dik ta’ 42.7?C irreġistrata fl-1988. 

    Tul ix-xahar, ix-xemx ħarġet għal 363.6 sigħat u s-sema kien ġeneralment ċar. Fil-fatt, il-kopertura tas-sħab medja għal Lulju kienet ta’ 0.8 oktas, jiġifieri marġinalment aktar baxxa min-norma. It-tmienja u għoxrin jum tax-xahar kien l-aktar wieħed imdawwal, u matulu ġew irreġistrati 13.9 sigħat ta’ xemx. 

    B’6.4 sigħat ta’ xemx irreġistrati, min-naħa l-oħra, it-23 ta’ Lulju kienet l-aktar ġurnata mudlama tax-xahar. Barra minn hekk, f’din il-ġurnata ġiet imkejla l-buffura massima ta’ Lulju, li nefħet b’veloċità ta’ 32 knots mill-Majjistral kwarta Tramuntana. 

    B’mod ġenerali, Lulju kien aktar mirjieħ min-norma klimatika, b’veloċità medja tar-riħ ta’ 7.5 knots minflok 6.8 knots. 

    Fl-ewwel ġimgħa tax-xahar ġew irrappurtati tlitt ijiem biċ-ċpar. Fir-rekords meteoroloġiċi tniżżlu wkoll tlitt ijiem li fihom ġiet imkejla n-nida, li b’kollox ammontat għal 0.6 mm. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook