inewsmalta.com



“Malta post għal min jaħdem, u għal min joħloq”

  • Aww 09, 2018 17:34
  • Miktub minn iNews

    Andre Luis, il-Fundatur tal-konferenza THU, jgħid li l-Gvern Malti “kien l-unika wieħed li kellu approċċ posittiv” fis-settur diġitali…

    “Għaliex għażilna lil Malta? Sempliċi; minħabba l-atteġġjament u l-mentalita ta’ dan il-Gvern fis-settur tad-divertiment diġitali. Il-fatt li dan il-Gvern għamel minn kollox biex jattira lil THU f’Malta huwa diġà pass il-quddiem. Kellna offerti minn disa pajjiżi oħra, però r-realta hija li l-Gvern Malti kien l-unika wieħed li kellu approċċ interessanti, innovattiva u ħolisitku għas-settur.”

    Stqarr dan f’kumment dirett ma’ dan il-ġurnal Andre Luis, wieħed mill-fundaturi tal-inizjattiva globali Trojan Horse was a Unicorn (THU). Din il-konferenza, li sejra tkun mifruxa fuq sitt ijiem, sejra tospita numru ta’ kumpaniji li jaħdmu fl-industriji diġitali, fosthom is-settur tal-arti 3D u VFX, il-logħob diġitali, l-arti kunċettwali, il-films u l-kummerċjalizazzjoni. THU sejra tiġi organizzata f’Malta tul it-tliet snin li ġejjin, bl-edizzjoni li jmiss mistennija tibda f’Settembru li ġej, ġewwa l-Forti Sant’Iermu.

    Luis tenna kif l-għażla tal-Forti Sant’Iermu kienet waħda naturali għall-organizzaturi ta’ THU: “Hekk kif Sant’Iermu għandu sfond kemm storiku u modern li huma sinkronizzati flimkien, hekk ukoll xtaqna nibbażaw din il-konferenza. Filwaqt li nitkellmu u niddiskutu fuq il-passat u l-preżent tal-industrija diġitali, npoġġu bilqegħda flimkien, kemm bħala imprendituri kif ukoll bħala artisti, biex infasslu pjan għall-futur ta’ dan is-settur tant importanti għax-xejra ekonomika globali.”

    “Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, l-għan tagħna huwa li nkomplu nixprunaw bidla fil-mentalitajiet ta’ numru ta’ imprendituri li joperaw fis-settur, kif ukoll fl-aġenziji u intrapriżi Maltin li diġà bdew joperaw. L-ikbar tibdil li nixtieq nara jiena huwa li Malta tinbidel minn post li toffri s-servizzi, għal post li tibda toffri wkoll l-idejat. U f’dan l-aspett, Malta għandha diversi vantaġġi (politiċi, edukattivi, demografiċi kif ukoll ġeografiċi) li jgħinu. L-ingredjenti neċessarji qegħdin hemm, u flimkien nistgħu nwettqu proġett inkredibbli, li bih nitfgħu isem Malta fil-quċċata mal-bqija tad-dinja.”

    Luis tenna kif din il-konferenza għandha tgħin biex jiddaħħal spirtu iktar imprenditorjali fin-negozju u fl-edukaturi Maltin: “Irridu noħolqu ambjent fejn il-falliment ma jiġix meqjus biss bħala ħaġa negattiva, anzi, ngħallmu lil kull artist u imprenditur li l-falliment huwa tajjeb, iżda li wieħed jonqos milli jitgħallem mill-falliment huwa ħażin.“

    “Ma nistgħux nkunu perfetti mal-ewwel: irridu dejjem naħdmu u nitgħallmu mill-iżbalji tagħna. F’industrija bħal dik li fiha naħdmu aħna, li nfallu fl-ewwel jew fit-tieni attentat tagħna mhix biss huwa tajjeb, huwa kruċjali, għax minn hemm isir it-tagħlim neċessarju biex ikollna l-iżviluppi u t-teknoloġiji l-ġodda.”

    Filwaqt li tenna kif din il-bidla fil-mentalita mhix xi ħaġa li sseħħ mil-lum għal għada, Luis tenna kif din il-konferenza tista tgħin tixpruna din il-bidla. “Jekk nibdew mill-istudenti u l-imprendituri Maltin, ukoll naslu. Anke l-Gvern Malti huwa konoxxenti ta’ dan il-fatt, u għalhekk qiegħed jaħdem biex is-settur Malti ikun minn ta’ quddiem f’dan is-settur daqstant importanti għall-ekonomija globali.”

    Il-ko-fundatur ta’ THU tenna kif l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ din il-konferenza sejra tospita uħud mill-ikbar kumpaniji internazzjonali fis-settur, fosthom Disney, Epic Games u Riot Games. “Kburin ħafna wkoll li għall-ewwel darba, sejjer ikollna wkoll lil Netflix. Fil-fatt, l-ikbar ħames kumpaniji li bħalissa qegħdin joperaw f’dan is-settur, kollha sejrin ikunu Malta.”

    “L-għan aħħari ta’ THU huwa li jibni hub diġitali ġewwa Malta, li l-pajjiż tagħkom ikun pajjiż fejn l-imprendituri u l-artisti tad-dinja jistgħu jittraslokaw rwieħhom, jibdew joperaw u jwettqu kambjamenti kbar. Minflok sempliċiment nbiegħu u nipprovdu servizzi, irridu li Malta u THU ikunu fabbrika tal-idejat. Ma rridux biss ħaddiema, iżda rridu wkoll il-ħallieqa tal-ideat.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook