“L-Awtorità tad-Djar trid tkun sensittiva għas-soċjetà inġenerali”

  • Aww 09, 2018 18:04
  • Miktub minn iNews
"

    … jisħaq dan il-Kap Eżekuttiv il-ġdid tagħha Leonid McKay wara l-ewwel laqgħa tiegħu mal-ħaddiema

     

    “L-Awtorità tad-Djar trid tkun sensittiva mhux biss għal dawk li għandhom bżonn ta' akkomodazzjoni soċjali imma għall-ħtiġijiet tas-soċjeta inġenerali”.

    Hekk irrimarka l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Awtorita tad-Djar Leonid McKay fi tmiem żjara li għamel fl-uffiċini tagħha fil-Furjana fejn iltaqa' ma' wħud mill-130 impjegat tagħha.

    Għal din iż-żjara McKay kien akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes u ċ-Ċermen tal-Awtorita tad-Djar Robert Ducker.

    McKay irrimarka li l-Awtorita tad-Djar mhux biss jeħtieġ li tipprovdi akkomodazzjoni soċjali għal dawk fil-bżonn imma tissokta bi skemi li jgħinu lil dawk li ma jkunux eliġibbli waqt li żomm mal-baġit li hija allokata.

    Huwa rrefera wkoll għal-liġi tal-kera fejn reġa' nsista li huwa importanti li jinstab bilanċ bejn id-drittijiet tas-sidien u dawk tal-inkwilin ħalli b'hekk ikun hemm ġustizzja bejn iż-żewġ naħat.

    Fost l-iskemi li għandha l-Awtorita tad-Djar hemm l-għotja għar-restawr fuq proprjeta’ residenzjali li tkun vojta u ta’ livell mhux aċċetabbli li hija intiża sabiex tħeġġeg sidien ta’ din il-proprjeta’ jinvestu fir-restawr tagħha biex din tiġi mikrija lill-Awtorita’ tad-Djar għal skop ta’ akkomodazzjoni soċjali.

    Meta l-proprjetà tiġi irranġata u tajba għall-abitazzjoni, din tiġi mikrija lill-Awtorita’ tad-Djar għall-perjodu ta’ 10 snin. Hija tikrihom lill-persuni jew familji li huma eliġibbli għall-akkomodazzjoni soċjali u tkun responsabbli għal ġbir ta’ kirjiet mill-inkwilini prospettivi tagħha.  L-għajnuna mogħtija taħt din l-Iskema tikkonsisti f’għotja sa massimu ta’ €25,000.

    Skema oħra tal-Awtorita tad-Djar hija dik magħrufa bħala “Nikru biex nassistu” li għandha l-għan li tinkoraġġixxi sidien ta’ proprjetà residenzjali vojta u privata b’kamra, tnejn jew tliet kmamar tas-sodda fi stat ta’ 'finished',ġebel u saqaf u fuq il-pjanta biex jikruha lill-Awtorità tad-Djar għal perjodu ta’ 10 snin li min-naħa tagħha tikrihom lill-persuni li huma eliġibbli għall-akkomodazzjoni soċjali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0