Investiment ta’ €27.5 miljun biex ikompli t-titjib fil-kwalità tal-ilma

  • Aww 09, 2018 21:12
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ffirmat żewġ kuntratti kbar li permezz tagħhom se jibda x-xogħol fuq il-kostruzzjoni ta’ mina taħt l-art, b’tul ta’ 9.5 kilometri u wiesgħa tliet metri mill-impjant tar-Reverse Osmosis ta’ Pembroke sal-ġibjuni f’Ta’ Qali. Dan bil-għan li jkompli jsir aktar titjib fuq il-kwalità tal-ilma f’aktar partijiet f’Malta u biex tissaħħaħ ukoll l-effiċjenza u s-sostenibilità ambjentali ta’ pajjiżna.

    Il-materjali li se jintuża għall-kostruzzjoni tal-mina huma l-ewwel tat-tip tagħhom f’pajjiżna. Permezz ta’ dan il-proġett, l-ilma se jittella’ mill-mina minflok bl-użu tal-pompi u l-ilma jitħallat bl-aħjar mod possibbli mal-ilma tal-pjan biex it-taħlita li tasal għand il-konsumatur tkun ta’ kwalità aħjar.

    Il-Ministru għall-Enerġija u l-Ilma Joe Mizzi, li kien preżenti għall-iffirmar tal-kuntratti li bejniethom jammontaw għal investiment ta’ €27.5 miljun, spjega li din hija ġurnata importanti għall-Korporazzjoni, li llum qed tniedi wieħed mill-akbar proġetti tagħha, proġett li se jkun qed iżewweġ l-użu għaqli tal-enerġija biex jitwassal l-ilma fid-djar, is-servizz u l-kwalità tal-prodott.

    Dan huwa proġett ieħor li jifforma parti min-Net Zero Impact Utility Project, proġett ħolistiku b’investiment ta’ madwar €100 miljun, li parti sostanzjali minnhom ġejjin minn fondi ewropej.

    Iż-żewġ kuntratti, li ngħataw lil Bonnici Brothers u lill-kumpanija internazzjonali Superlit Boru Sanayi, ġew iffirmati fil-preżenza tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Ix-xogħol mistenni jdum għaddej madwar 30 xahar.

    Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma Richard Bilocca qal li dan il-proġett, flimkien mal-proġetti l-oħra tal-Korporazzjoni, mistenni jibdel il-mod ta’ kif l-ilma tal-vit jasal għand il-konsumatur Malti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0