Żewġ nisa u tifla l-isptar wara ħabta fin-Naxxar … Waħda min-nisa tweġġa’ gravi

  • Aww 09, 2018 21:01
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġ nisa u tifla kellhom jittieħdu l-Isptar għall-kura wara ħabta fin-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00 p.m. fi Triq Margaret Murray.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Alfa Romeo Giulietta misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti l-Mosta, u trakk DAF misjuq minn raġel ta’ 55 sena residenti l-Fgura.

    Passiġġieri fil-karozza flimkien mar-raġel kien hemm żewġ nisa ta’ 26 u 27 sena u tifla ta’ 6 snin.

    Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ambulanza ħadet lit-tliet passiġġieri l-Isptar Mater Dei biex jingħataw il-kura, fejn aktar tard irriżulta li l-mara ta’ 27 sena kienet qed issofri minn ġrieħi gravi. Il-ġrieħi tal-mara ta’ 26 sena u t-tifla ta’ 6 snin għadhom mhux magħrufa.

    Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa D. Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0