Nisa tal-massaġġi kienu jaqsmu l-ħlas bin-nofs mas-sid... jirreferu għall-kontraċettivi bħala 'Snickers'

  • Aww 10, 2018 14:48
  • Miktub minn iNews
"

    Fi proċeduri legali li għaddejjin fil-Qorti erba’ nisa mil-Lvant tal-Ewropa, li kienu jaħdmu fi ħwienet tal-massaġġi f’pajjiżna ħareġ li dawn kienu jaqsmu dak li jdaħħlu ma’ sid il-ħanut. Filfatt il-klijenti kienu jħallsu €50, fejn minn dawn nofshom kienu jmorru għand is-sid. Hi kien ikollha tħallas €20 oħra lis-sid biex jipprovdilha l-ikel u xi affarijiet oħra.

    F’dawn il-proċeduri l-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi ta’ Fayton Falzon. Falzon tressaq il-Qorti mixli li mexxa briedel fi tliet ħwienet tal-massaġġi.   

    Fil-Qorti bdew jinstemgħu ix-xhieda tan-nisa fejn Yulil qalet li kienet ilha Malta madwar ħames snn  u kienet taħdem fi stabbiliment bl-isem ta’ ‘Body Kiss’. Hi kienet toqgħod mal-akkużat u kienet taħdem bejn id-9.00 ta’ filgħodu u l-10.00 ta’ filgħaxija. Hi ddikjarat li l-ħlas kien ta’ €50 għal kull klijent fejn dan kien idum nofsiegħat. 

    Intqal li l-konċantrettivi kienu jgħidulhom ‘Snickers’, li kienet kelma li jużawha biex Falzon jifhimhom. Issemma’ kif Falzon kien jispjegalom li importanti li ma jagħmlux sess biss, iżda jtawlu l-ħin u jagħmlu l-massaġġi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0