inewsmalta.com



Biljett u ilma għall-annimali domestiċi li jivjaġġjaw bejn Malta u Għawdex

  • Aww 10, 2018 15:39
  • Miktub minn iNews

    Wara s-suċċess li nkiseb is-sena l-oħra bl-inizjattiva favur l-annimali domestiċi “Pet Friendly Holiday”, l-Animal Welfare fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ħabbar li dawk kollha li se jaqsmu l-fliegu akkumpanjati mill-annimali domestiċi bejn it-Tnejn 13 u l-Ħadd 19 t’Awissu għall-festa popolari ta’ Santa Marija, se jkunu pprovduti ilma adegwat għall-annimali domestiċi fit-terminals kemp fiċ-Ċirkewwa, kif ukoll dak tal-Imġarr.

    Fi stqarrija natal li din l-inizjattiva qed issir biex dawn l-annimali jkunu jistgħu jixorbu u jtaffu ftit mis-sħana qalila li taħkem matul is-sajf.

    Kill persuna li se tun qiegħda taqsam minn Malta lehn Għawdex matul il-ġimgħa se jingħata biljett speċjali għall-annimali domestiċi, liema biljett irid jiġi ppreżentat lil-uffiċjali tal-Gozo Channel. Apparti l-pet ticket, sidien t’annimali domestiċi se jingħataw ukoll fuljett ta’ informazzjoni dwar dan is-suġġett.

    Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, marret fl-uffiċini li s-sezzjoni tal-Animal Welfare għandha f’Għawdex, qalet li, “din is-sezzjoni ġiet attrezzata kemm bir-riżorsi umani kif ukoll b’għodda neċessarja biex taqdi l-funzjonijiet tagħha bl-aktar mod effiċjenti.”

    Heidi Grech mill-Animal Welfare f’Għawdex qalet li fis-sajf hemm tendenza li aktar anomali jiġu abbandunati u kien għalhekk li s-sezzjoni ħasbet biex torganizza kampanja ta’ għarfien u billi tipprovdi ilma b’xejn lil dawn l-annimali domestiċi li jkunu qed jakkumpanjaw lil sidhom għall-btala f’Għawdex.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook