inewsmalta.com



Il-karozzi jiżdiedu b'47 kuljum… illum hawn 379,338 fit-toroq tal-pajjiż

  • Aww 10, 2018 20:57
  • Miktub minn iNews

    In-numru tal-vetturi f'pajjżna tela għal 379,338 wara li bejn Mejju u Ġunju li għadda dawn żdiedu bi 3.8% fuq l-istess perjodu tas-senal li għaddiet li kien ifisser medja ta' 47 vettura kuljum.

    Ċifri maħruġin mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li mit-total ta' vetturi li hawn fil-pajjiż 78.1% kienu tal-passiġġieri, 13.6% vetturi kummerċjali, 7.2% muturi u 'quad bikes waqt li inqas minn 1% kienu xarabanks u minibuses.

    In-numru ta' liċenzji ġodda maħruġa bejn April u Ġunju ta' din is-sena kien ta' 7,069 li 5,115, jew 72.4%, kienu għal karozzi tal-passiġġieri segwiti minn 999 liċenzja, jew 14.1%, għall-muturi u roti.

    Vetturi ġodda ammontaw għal 3,197 jew 45.2% mentri vetturi wżati laħqu t-3,872 jew 54.8% biex il-medja ta' vetturi b'liċenzja ġdida fl-imsemmi perjodu kien ta' 78 kuljum.

    Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li fit-tieni kwart tas-sena kien hemm 7,084 vettura li tneħħew mit-toroq li 37% reġgħu tpoġġew għall-bejgħ, 31.9% ġew skrappjati waqt li 28.3% kien iggaraxxjati.

    B'kollox kienu 4,249 il-vetturi li kellhom ir-restrizzjoni mitmuma f'dawn it-tliet xhur bil-maġġoranza, jiġifieri 2,662, biex jerġgħu jinbiegħu u 1,549 biex jiġu iggaraxxjati.

    L-istatistika turi wkoll kien sal-aħħar ta' Ġunju li għadda kien hawn 228,574 vettura, jew 60.3%, li kellhom magna li taħdem bil-petrol mentri dawk b'magna diesel kienu 147,738 jew 38.9%.

    In-numru ta' karozzi li jaħdmu bl-elettriku jew huma hybrid kien ta' 1,636 jiġifieri inqas minn 0.5% tal-vetturi kollha li hawn fil-pajjiż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook