Roma, huma interessati li jakkwistaw lil Suso mingħand Milan

  • Aww 11, 2018 00:39
  • Miktub minn iNews
"

    Roma jinsabu interessati li jiffirmaw lill-midfielder internazzjonali Spanjol ta’ AC Milan, Suso.

    Matul ix-xahar li għadda, Roma naqsu li jiffirmaw lil Malcolm minkejja li kienu laħqu ftehim mal-klabb tiegħu, Bordeaux, fejn kien biss fadal xi formalitajiet.

    Iżda fl-aħħar mumenti, Barcelona offrew somma akbar biex litteralment “serqu” dan it-trasferiment minn ħalq ir-Romanisti.

    Issa l-clubmill-belt kapitali Taljana qed jara lil Suso bħala s-sotitut ideali għal Malcom fejn diġá bdew it-taħditiet. Infatti l-Ħamis fil-għaxija, l-aġent ta’ Suso, Alessandro Lucci, deher fit-training grounds ta’ AC Milan.

    Filwaqt li saru wkoll taħdidiet għalAlessandro Florenzi u l-estensjoni tal-kuntratt tiegħu, Roma tkellmu dwar l-possibbiltá li jiffirmaw lill-player ta’ 24 sena.

    Ir-Rossoneri ma jixtiqux ibiegħu lil Suso, iżda jistgħu jkunu lesti li jħallu lill-player jitlaq għal madwar €40 miljun.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0