inewsmalta.com



Tottenham bl-istess skwadra tas-sena l-oħra

  • Aww 11, 2018 00:50
  • Miktub minn iNews

    Fatt kurjuż huwa dak li  Tottenham Hotspur ma kienux attivi fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Tant hu hekk li s’issa l-coach Mauricio Pochettino jinsab kuntent bl-iskwadra li għandu li wasslitu għal mal-ewwel erbgħa fil-klassifika tal-PremierLeague Ingliż fl-istaġun illi għadda.

    Dan il-fatt kien innutat ukoll sena ilu meta Spurs damu ma xtraw xi plejers iżda fl-aħħar mumenti kisbu xejn inqas minn tliet players Aurier, Llorente u Davinson Sanchez.

    Il-mira tad-diriġenti ta’ Tottenham iktar kienet li jżommu t-tliet plejers strumentali fil-wirjiet li kellhom l-istaġun illi għadda jiġifieri Son, Harry Kane u Christian Eriksen u sa ċertu punt irnexxielhom.

    Dawn tal-aħħar kienu avviċinati minn diversi clubs Ewropej fosthom Real Madrid u Barcelona iżda dan it-trio iddeċieda li jibqa’ mat-team.

    Tottenham kienu qed isegwu l-progress tal-winger ta’ Aston Villa Jack Grealish iżda saru jafu li ma kienx għall-bejgħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook