Waterpolo: Premier: Faċli għal Sliema

  • Aww 11, 2018 00:17
  • Miktub minn iNews
"

    Sliema ......................... 13

    Valletta.......................... 3

    (2-1, 2-1, 4-0, 5-1)

    Sliema għelbu lil Valletta mingħajr wisq tbatija bl-iskor ta’ 13-3 biex laħqu lil Neptunes fit-tieni post bi 17-il punt, b’dawn tal-aħħar iridu jirkupraw partita hekk kif illum jilagħbu kontra    Exiles.

    Ta’ nota huwa l-fatt li l-aħħar impenn mit-tieni round għal Sliema huwa wkoll kontra Exiles nhar, il-Ġimgħa li ġej.

    B’hekk wara d-diżappunt kontra San Ġiljan fejn sfaw megħluba bl-iskor ta’ 9-8, Sliema rritornaw għar-rebħ bil-kbir.

    Fl-ewwel sessjoni, Valletta kienu sfida denja minkej­ja li kienu Sliema li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1 biż-żewġ goals tagħhom jiġu skorjati mit-Taljan Christian Presciutti u Nicholas Bugelli, bl-Ungeriż Marthon Toth iwieġeb għat-team mill-kapi­tali.

    Fit-tieni sessjoni, is-Slimiżi sabuha wkoll diffiċli biex rebħuha bl-istess skor biex sal-mistrieħ il-Beltin baqgħu fil-logħba.

    Iż-żewġ goal tal-Blues ġew skorjati minn  Jerome Gabarretta u Michael Spiteri Staines filwaqt li Charlie Zammit wieġeb għal Valletta.

    Iżda jekk il-Beltin taw l-impressjoni li kienu se jħabbtu lis-Slimiżi, dawn tal-aħħar kellhom ħsibijiet oħra hekk kif rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-0 bl-iskorers ikunu Christian Presciutti darbtejn, Michael Spiteri Staines u Nicholas Bugelli.

    Fl-aħħar sessjoni, is-Sli­miżi komplew jiddominaw u aċċertaw mir-rebħa meta skorjaw ħames darbiet kontra l-wieħed tal-Beltin, permezz ta’ Kai Dowling, Christian Presciutti (2), Jerome Gabarretta u Mark Carani, b’Marthon Toth iwieġeb għat-team immexxi minn Bogdan Rath.

    Sliema: 1-Joseph Sammut, 2-Jerome Gabarretta (2), 3-Christian Presciutti (5), 4-Mark Carani (1), 5-Mark Meli, 6-Kai Dowling (1), 7-Michael Spiteri Staines (2), 8-David Fenech, 9-Michael Cordina, 10-Matthew Mifsud, 11-Zach Mizzi, 12-Nicholas Bugelli (2), 13-Zachary Sciberras Coach: Sergio Afric

    Valletta: 1-Ryan Sciortino, 2-James Spiteri Staines, 3-Andrea Agius, 4-Michele Mifsud, 5-Timothy Agius, 6-Ryan Mock, 7-Daniel Paolella, 8-Marthon Toth (2), 9-Nicky Bonello Ghio, 10-Charlie Zammit (1), 11-Keith Galea, 12-Nicholas Farrugia, 13-Marc Lanzon Coach: Bogdan Rath

    Referees: Francesco Romolini, Alex De Raffaele

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0