inewsmalta.com



Waterpolo: I Diviżjoni: Marsaxlokk iwarrbu għal kollox l-isfida ta' Otters

  • Aww 11, 2018 00:38
  • Miktub minn iNews

    Otters............................. 5

    Marsaxlokk................... 16

    (0-2, 1-5, 0-3, 4-6)

    Marsaxlokk aċċertaw ruħ-hom mit-tieni post bi 15-il punt, tliet punti taħt il-leaders Birzebbuġa, qabel ikunu nvoluti fil-play-offs meta għelbu lill-Għawdxin ta’ Otters bl-iskor kbir ta’ 16-5, f’partita li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar.

    Ix-Xlukkajri għamlu l-in­tenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-0 biż-żewġ goals jaslu minn Michael Rizzo u mill-Ungeriż Norbert Hosnyanszky.

    Id-dominju Xlukkkajr kompla wkoll fit-tieni ses­sjoni hekk kif daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ 7-1 biex prattikament il-logħba kienet mirbuħa u mitlufa.

    L-iskorers tat-team immexxi minn Roman Polacik kienu Luke Calleja, Sean Meli, Norbert Hosnyanszky u Claudio Spiteri de Barro darbtejn. Min-naħa l-oħra Karl Scic­luna rrisponda għal Otters.

    Wara l-mistrieħ, il-partita ttrasformat f’sessjoni ta’ taħriġ għal Marsaxlokk fejn rebħu wkoll it-tielet ses-     sjoni bl-iskor ta’ 3-0 permezz ta’ Luke Calleja u doppjetta minn Joseph Galea.

    Fir-raba’ sessjoni ġew skorjati 10 goals fejn ix-Xlukkjari skorjaw sitta minnhom bl-iskorers ikunu  Matthew     Pa­ce, Matteo Cacici, il-captain Christian Gialanze u  tripletta minn Norbert Hosnyanszky b’żewġ goals minnhom jaslu minn penalties.

    Min-naħa l-oħra Matthew Sciberras, Charles Bugeja u l-Ungeriż Attila Kincses darbtejn, bit-tieni goal għalih jasal minn penalty, wieġbu għal Otters.

    Ta’ nota huwa l-fatt li fl-aħħar mumenti tal-partita tkeċċa l-player ta’ Marsa­xlokk, Sean Meli, permezz ta’ karta ħamra diretta minħabba mġieba mhux xier­qa u inaċċettabbli fil-pixxina.

    Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Andrew Magri, 3-Ayrton Camenzuli, 4-Luca Felice, 5-Edward Meli, 6-Charles Bugeja (1), 7-Karl Scicluna (1), 8-Attila Kincses (2), 9-David Dimech, 10-Edward Gravina, 11-Max Aquilina, 12-Matthew Sciberras (1), 13-Keith Schembri Coach: Keith Grima Scott

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook