Ir-riżenja li ma saritx….messaġġ ħażin lill-elettorat

  • Aww 11, 2018 10:20
  • Miktub minn iNews
"

    Eżattament ġimgħatejn ilu sar magħruf li l-inkjesta marbuta mal-allegazzjonijiet tal-kumpanija Egrant tlestiet. Wara Adrian Delia ikun pront iddikjara li Simon Busuttil għandu jissospendi ruħu mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. L-istess Kap qal ukoll li kien se jneħħi lil Simon Busuttil minn kelliem dwar il-governanza u dan wara li nstab li dak allegat qabel il-kampanja elettorali u li l-istess Busuttil bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista rikeb fuqu, ma kien minnu xejn. Agħar minn hekk instabu dokumenti li kienu iffalsfikati.

    Ir-risposta ta Busuttil kienet dik li ma kienx se jirriżenja mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Fl-istess ħin għadd ta’ deputati bdew jiddikjaraw wieħed wara l-ieħor li d-deċiżjoni biex Simon Busuttil jissospendi ruħu ma kienux jaqblu magħha. Prattikament il-PN inqasam fi tnejn, sitwazzjoni li wasslet biex l-eks kap Lawrence Gonzi u l-eks Viċi Kap, Tonio Borg flimkien mal-Ewro Parlamentari Francis Zammit Dimech jidħlu jagħmlu medjazzjoni. Ir-riżultat kien li Adrian Delia jibla kliemu u jiddikjara li m’hemm ebda ħsieb li tinbeda xi proċedura interna fil-konfront ta’ Simon Busuttil. Busuttil laqa’ d-dikjarazzjoni ta’ Delia.

    Quddiem dan hemm diversi riflessjonjiet x’wieħed jagħmel. Hi ovvja li f’temp ta’ ftit jiem Adrian Delia, kien sfurzat jibdel id-deċiżjoni li ħa. Dan minkejja li fi kliemu stess ma jridx jibqa’ fuq il-karru li tilef b’40,000 vot. Imma l-bidla fid-deċiżjoni liema deċiżjoni inqalbet ta’ taħt fuq u n-nuqqas ta’ spjegazzjoni minn Delia għal dan turi n-nuqqasijiet u l-kaos li hemm fil-Partit Nazzjonalista. Tqum il-mistoqsija min verament qed imexxi? Adrian Delia, għandu it-tmun tal-partit kollu f’idejh? Forsi hemm min qed jistenna telfa kbira f’Mejju li ġej, biex naraw kontestazzjoni għat-tmexxija tal-PN?

    Illum hi ċara l-qasma. Sitwazzjoni li nemmnu li forsi tista’ tikkalma għal żmien qasir ħafna, imma faċilment terġa’ tiżbroffa. Ta’ Delia mhux se jinsew kif Simon meta kien fit-tmun ipprova jwaqqaf il-kandidatura ta’ Delia bil-pressjoni li għamel, waqt li ta’ Simon Busuttil mhux se jinsew kif kien hemm min ried jitfgħu ‘lbarra fl-aħħar jiem.

    Wieħed ma jridx iħalli barra l-fatt li Simon Busuttil kuntrarju għal kif jiġri f’pajjiżi barranin meta Ministru jew membru ta’ Shadow Kabinet jinstab li jkun qal affarijiet li wara ma jirriżultawx, għażel li ma jerfa’ ebda responsabbilità politika. Jagħmel x’jagħmel Busuttil, hu fatt ċar li llum hu skreditat u bla kredibilità. Għandu wisq xi jwieġeb fuq x’kien jaf u ma’ kienx jaf fejn tidħol l-istrateġija biex tfasslet l-Egrant. Fuq kollox għadna sa issa ma nafux min kien warajha u min fassalha. Sa issa Busuttil ma lissen xejn dwar dan.

    Din ix-xejra li wieħed jirriżenja minn ministru jew mix-shadow kabinet imma mhux minn deputati titqies bħala ‘qisha nofs apoloġija’. Hu mod kif il-politikanti jibagħtu messaġġ lill-elettorat li huma qed jaċċettaw li kellhom aġir ħażin u li huma se jagħmlu apoloġija billi jirriżenjaw mill-kariga ministerjali jew kariga oħra għolja imma mhux minn deputat Parlamentari.
    Din issir bi skop. Dan għax jekk inti ma tirriżenjax minn Deputat Parlamentari, inti jkollok dejjem iċ-ċans li terġa’ tagħti ħajja ġdida lill-karriera politika tiegħu fil-futur. Tajjeb niftakru li Peter Mandelson irritorna fil-kabinett wara li kien irriżenja darbtejn minn rwoli governattivi.

    Jekk inti tirriżenja minn membru Parlamentari, m’għandek ebda ċans li l-karriera politika tiegħek terġa’ tieħu l-ħajja. Hemmhekk inti tkun qed tgħid jien se naċċetta dan il-verdett fuq il-karattru tiegħi. Nemmnu li lil hinn mill-intenzjonijiet li forsi għandu, Simon Busuttil għandu jispiċċa minn deputat Parlamentari, b’rabta mal-fatt li hu ppreżenta bħala fatt xi ħaġa li issa rriżulta li kienet kalunja u li fin-nofs hemm dokumentazzjoni falza.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0