"Opportunitajiet akbar għal tfal bl-awtiżmu" - L-MPE Miriam Dalli

  • Aww 11, 2018 10:50
  • Miktub minn iNews
"

    "Il-proġett pilota bejn il-Gvern u Hand in Hand Ltd. għal tfal bl-awtiżmu beda jħalli r-riżultat u jkun ta’ benefiċċju jekk inkomplu nibnu fuq is-suċċess li diġà nkiseb." Il-Membru Parlamentari Ewropew (MPE)Miriam Dalli qalet dan fi tmiem żjara li għamlet fil-faċilitajiet ta’ Hand in Hand Ltd.

    Hand in Hand Ltd toffri programm intensiv ta’ terapija bbażata fuq Applied Behaviour Analysis (ABA) għal tfal bl-awtiżmu.  Dan il-programm huwa mmirat biex jgħallem tfal bl-awtiżmu jitkellmu, irawwem ħiliet soċjali u ħiliet li jħallu lit-tfal jgħixu b’mod indipendenti, kif ukoll jindirizza tipi differenti ta’ mġieba.

    Bħalissa f’din il-faċilita hemm 120 tifel u tifla bl-awtiżmu jsegwu dan il-programm ta’ terapija u 12 minnhom qed jibbenefikaw minn proġett pilota wara ftehim li għamel il-Gvern ma’ Hand in Hand Ltd.

    Jacqueline Abela De Giovanni, CEO ta’ Hand in Hand Ltd., spjegat kif l-għalliema ta’ din l-iskola huma kollha professjonisti speċjalizzati u kwalifikati biex jassiguraw li t-tfal jieħdu l-aħjar terapija ABA.

    ABA hija terapija li tintuża f’pajjiżi Ewropej fosthom l-Irlanda fejn din it-terapija tiġi offruta sa min età żgħira lit-tfal kollha bħala early intervention. 

    Miriam Dalli insistiet li hemm tipi differenti ta’ terapija għal tfal differenti.

    "Terapija addatta għal tfal bl-awtiżmu hija investiment fis-soċjetà tagħna biex nassiguraw li dawn ‘il quddiem ikollhom ħajja indipendenti fejn jistgħu  jaħdmu u jipparteċipaw fil-ħajja ta’ kuljum," sostniet Dalli. Hij kompliet tgħid li rridu nagħrfu l-ħtieġa li s-sistema edukattiva taddatta għall-abbiltajiet differenti tat-tfal li għandha quddiema u tkun flessibli biżżejjed biex tindirizza l-bżonnijiet tat-tfal kollha.

    “Irridu niffukaw fuq ekwita, fejn nagħtu l-għodda necessarji li t-tfal għandhom bżonn skont ir-realtajiet tagħhom u li huma meħtieġa biex kulħadd ikollu suċċess. Huwa b’hekk li nassiguraw li hadd mit-tfal ma jibqghu’ lura,” kkonkludiet Dalli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0