inewsmalta.com



“Xogħlijiet fl-iskejjel bl-ebda impatt fuq it-tfal”...Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol jiċħad attakki mill-Unjoni tal-Edukaturi

  • Aww 11, 2018 12:40
  • Miktub minn iNews

    Fi tweġiba esklussiva lil L-ORIZZONT għal artiklu li deher f’ġurnal lokali, kelliem għall-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol ikkonfermalna li bħalissa qegħdin isiru xogħolijiet ta’ titjieb fl-iskejjel, iżda għamilha ċara li dawn l-istess xogħolijiet m’għandhom ebda impatt fuq it-tfal li jattendu SkolaSajf.

    Il-Ministeru qalilna li dawn ix-xogħolijiet huma ta’ titjieb fl-iskejjel, fosthom installazzjonijiet ta’ whiteboards interattivi ġodda u li, “t-tfal m’għandhomx aċċess miftuħ għal dawn l-inħawi fejn qed isir ix-xogħol u hemm persuni li jaħdmu fi SkolaSajf li jieħdu ħsieb li proprju dan jiġi osservat u fejn isir rapport ta’ xi nuqqas l-FES tieħu azzjoni minnufih”.

    Reviżjoni fil-proċeduri tas-salarji

    Rigward ilmenti fil-pagamenti tas-salajri, il-Ministeru qalilna li s-sena li għaddiet kien hemm tliet dati ta’ pagamenti iżda minħabba l-mod kif inħarġu d-dati ta’ pagamenti matul din is-sena, il-pagamenti għall-ħaddiema part-time tal-FES se jkunu mqassma f’żewġ salarji biss. Hu spejgalna li dan huwa sempliċiment minħabba d-dati kif jinħarġu s-salarji.
    “L-FES kellu diversi laqgħat b’numru żgħir ta’ impjegati li kellhom mistoqsijiet dwar dan u r-rispons ġenerali li rċiviet kien li dawn fehmu l-kwistjoni.” Minkejja dan, l-FES timpenja ruħha li tirrevedi dawn il-proċeduri biex id-dati tas-salajri jkunu aktar adattati għall-ħaddiema fuq bażi part-time u staġjonali tagħha fis-sena li ġejja u aktar ‘l quddiem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook