inewsmalta.com



L-FKNK tħeġġeġ lill-kaċċaturi jużaw aktar il-midja soċjali

  • Aww 11, 2018 13:20
  • Miktub minn iNews

    Il-midja soċjali, bħal Facebook u Twitter, jipprovdu ħafna opportunitajiet tajbin biex il-kaċċaturi u n-nassaba u l-organizzazzjonijiet tal-kaċċa u l-insib jikkomunikaw mal-pubbliku ġenerali. Sfortunatament, il-midja soċjali tista' tintuża wkoll kontra l-kaċċaturi u n-nassaba u l-passjoni tagħhom. Kultant ritratti li ġew imqiegħda fuq il-midja soċjali ntużaw minn organizzazzjonijiet kontra l-kaċċa u l-insib b'akkużi foloz, li rriżultaw f'reazzjoni negattiva qawwija mill-pubbliku ġenerali li konsegwentement għamlu ħsara kbira lill-kaċċa u l-insib.

    Bħalissa, diġa ċertu gvernijiet fl-Afrika, primarjament tan-Namibja u taż-Żimbabwe, qed jaħsbu biex jirregolaw l-użu ta' ritratti tal-kaċċa fuq il-midja soċjali. L-organizzazzjonijiet tal-kaċċa tal-post huma involuti f'dan it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-FACE qed issegwi dan kollu mill-qrib.
     
    Il-biċċa l-kbira tal-kaċċaturi u n-nassaba huma konxji dwar dak li jippubblikaw fuq il-midja soċjali dwar kaċċa w insib.  Għalhekk, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) tħeġġeġ lill-kaċċaturi u n-nassaba biex jużaw il-midja soċjali b'tali mod li jikkontribwixxu b'mod pożittiv għall-kaċċa u l-insib.  Per eżempju, mhux biss jaqsmu r-ritratti adekwati ta' kaċċa u nsib, iżda wkoll jipprovdu l-kuntest tal-kaċċa u l-insib sostenibbli: x'inhi n-namra tal-kaċċa u l-insib; x'inhuma l-benefiċċji għall-konservazzjoni; xi jsir mill-għasfur wara li jinqabad ħaj min-nassab; u x'jagħmel bl-għasfur/fenek li jaqbad il-kaċċatur (per eżempju, promozzjoni tat-tjubija u s-sustanza tal-laħam tal-kaċċa).

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook