inewsmalta.com



Mill-2013 sal-lum...16-il rekord ta' qagħad baxx

  • Aww 11, 2018 14:00
  • Miktub minn iNews

    Mill-bidla fil-Gvern fl-2013, kien hemm 16-il darba meta pajjiżna rreġistra rekord ġdid fir-rata baxxa ta’ qgħad. Sal-bidu tal-2013 l-inqas rata ta’ qgħad osservata f’Malta u Għawdex kienet 6.3%. Dan ir-rekord tniżżel darbtejn fl-2014, erba darbiet fl-2015, ħames darbiet fl-2016, darba fl-2017 u erba darbiet fl-2018.

    Din l-analiżi tat-TORĊA qed issir wara li l-aġenzija Ewropea tal-istatistika, il-Eurostat, ikkonfermat li, f’Ġunju li għadda, r-rata tal-qgħad kienet 3.9% li hija l-inqas rata qatt osservata fl-istorja ta’ pajjiżna.

    Biċ-ċifri ppublikati din il-ġimgħa, bħalissa, Malta u Għawdex għandhom il-ħames l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea u t-tieni l-inqas fiż-żona ewro.  Fil-qgħad fost iż-żgħażagħ, pajjiżna għandu l-inqas rata fl-Unjoni Ewropea, b’terz ir-rata li kellna fl-2013.

    L-istatistika turi li, fl-ewwel xahar wara l-bidla fil-Gvern fl-2013, pajjiżna kellu rata ta' qgħad ta' 6.9%, iġifieri 1.6% iktar mill-pajjiż fiż-zona ewro bl-inqas rata ta' qgħad. Fil-fatt il-Ġermanja dakinhar kellha rata ta' qgħad ta' 5.3%.

    B'kuntrast, illum pajjiżna għandu rata ta' 3.9%, li jfisser 0.5% biss iktar mill-Ġermanja. Iġifieri, filwaqt li l-Ġermanja fl-aħħar snin naqset ir-rata ta' qgħad b'1.9%, f'Malta t-tnaqqis kien ta' 3%, ferm iktar mit-tnaqqis li kien hemm fil-Ġermanja. 

    Bejn l-2008 u l-2012, bħala medja, r-rata ta’ qgħad f'pajjjżna kienet tlaħħaq 6.9%, li huwa iktar mid-doppju tar-rata preżenti. Qabel il-bidla fil-Gvern, skont il-Eurostat, kien hemm kważi 5,000 iktar persuna jfittxu xogħol milli hawn illum.

    Fattur ewlieni wara t-tnaqqis fil-qgħad kien is-suċċess ta’ programmi biex iktar żgħażagħ jidħlu fid-dinja tax-xogħol, bħall-garanzija għaż-żgħażagħ. Skont il-Eurostat, illum hemm kważi terz in-numru ta' żgħażagħ ifittxu xogħol milli kien hemm fl-2013.

    Sinifikanti huwa l-fatt li, f’leġislatura waħda taħt il-Gvern preżenti, pajjiżna kellu żieda fl-impjjegi iktar minn dik fit-tlett leġislaturi preċedenti meħudin kollha flimkien.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook