L-Għaqda Korali u Orkestrali tal-Mellieħa tiftaħ l-impenji mużikali għall-Festa ta' Marija Bambina

  • Aww 28, 2018 12:35
  • Miktub minn iNews
"

    Programm Annwali tal-1 ta’ Settembru fil-Mellieħa

    L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina A.D.1947 tal-Mellieħa se tkun qiegħda ttella’ l-kunċert annwali tagħha fl-okkażjoni tal-festa ta’ Marija Bambina, nhar is-Sibt 1 ta’ Settembru fit-20.00 fil-pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa. Dan il-kunċert se jkun mżewwaq b’diversi tipi ta’ mużika, minn stil klassiku sa dak modern li żgur għandu jolqot l-gosti ta’ kulħadd.

    Il-kunċert mużikali li ilu jigi organizzat mill-1992, se jkollu kantanti, żeffiena, kor u orkestra u diversi protagonisti oħra fosthom Claudia Faniello, Chris Grech, Myles Finch u Paul Curmi Dancers.  F’dan il-kunċert mużikali, Mro. Kenneth Fenech se jkun qed jgħaddi l-bakketta b’mod uffiċċjali lil Mro. Michael Bonanno.  B’hekk wara sbatax –il sena ta’ tmexxija mużikali minn Mro. Kenneth Fenech, Mro. Michael Bonanno se jkun maħtur surmast direttur tal-kor u l-orkestra propju waqt dan il-programm mużikali annwali.  Dan il-kunċert huwa miftuħ għall-pubbliku. 

    Ta' min jgħid ukoll li d-daqq li jsir fil-knisja Arċipretali tal-Mellieħa kemm ta' lejliet kif ukoll ta’ nhar il-festa huma fir-responsabilta’ tal-kor u l-orkestra tal-istess Għaqda.  Il-mużika tal-quddies u l-għasar li jindaqqu fil-festa, hija kompożizzjoni tal-eks-surmast tal-Għaqda Mro Carmel Muscat, filwaqt li ż-żewg antifoni huma ta’ Mro. Carmel Muscat u ta’ Aronne Sultana.  Id-direzzjoni mużikali se tkun ta’ Mro. Michael Bonanno  

    Il-kumitat tal-Għaqda Korali u Orkestrali 'Maria Bambina' jixtieq jistieden ukoll lil kull min jixtieq jiġi jara l-aħħar żviluppi fil-proġett tal-bini tas-sede, li jinsab:  92, Triq il-Parroċċa, Mellieħa. 

    L-Għaqda Korali u Orkestrali ‘Maria Bambina’ tawgura lil kulħadd il-Festa t-Tajba! 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0