Alfa Romeo Stelvio Quadrifoglio hija l-‘SUV tas-Sena 2018’ għal ‘Auto Zeitung’

  • Set 03, 2018 13:32
  • Miktub minn iNews
"

    Ir-rivista magħrufa tal-karozzi Ġermaniża Auto Zeitung iddikjarat l-Alfa Romeo Stelvio Quadrifoglio bħala SUV tas-Sena 2018. Din hija l-ewwel darba li qed jingħata dan it-titlu u l-kompetizzjoni kienet ristretta għall-mudelli minn ħdax-il marka biss. L-Alfa Romeo Stelvio Quadrifoglio ikkompetiet f’din il-kategorija ma’ rivali b’saħħithom oħrajn iżda, grazzi għas-sewqan dinamiku li toffri u l-kontroll uniku fit-triq, rebħet l-għola punteġġ.

    Ikkaratteriżżata bis-simbolu tal-Quadrifoglio dan il-mudell huwa SUV ta’ prestazzjoni għolja li ma jaqa’ taħt l-ebda kategorija konvenzjonali, u għalhekk spiss isib ruħu fi klassifikazzjoni għalih waħdu. B’magna 2.9 V6 bi-turbo li tiżviluppa horsepower ta’ 510 l-iStelvio tilħaq veloċità ta’ 283 kilometru fis-siegħa. L-aċċelerazzjoni impressjonanti tal-SUV titla’ minn 0 sa 100 fi 3.8 sekondi biss.

    L-Alfa Romeo Stelvio hija mgħammra b’teknoloġiji avvanzati li jinkludu fosthom is-sistema innovattiva Q4 all-wheel drive, AlfaTM Active Torque Vectoring, AlfaTM Active Suspension u sistema ta’ Chassis Domain Control (CDC). Din it-teknoloġija, li toffri prestazzjoni ta’ sewqan inkomparabbli, wasslet għal rekord straordinarju fil-pista leġġendarja ta’ Nürburgring fejn issa l-iStelvio Quadrifoglio hija uffiċjalment l-aktar SUV veloċi fil-klassi tagħha. 

    Għal aktar informazzjoni dwar Alfa Romeo u l-mudelli mill-marka ikonika, żur ix-showroom fi Triq Psaila, Birkirkara – ċempel fuq 22692215 – ibgħat email lil alfasales@motorsinc.com.mt – idħol fuq il-Paġna Facebook Alfa Romeo Malta.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0