L-ewwel edizzjoni tal-Mini-Festival MUSIC+

  • Set 04, 2018 19:40
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Fundazzjoni Classique hija entita’ kulturali li topera mingħajr qligħ ta’ flus u li għandha l-għan li tippromovi l-kultura billi minn żmien għal żmien torganizza attivitajiet mużikali tal-ogħla livell.  Dawn l-aħħar snin kienet il-moħħ wara kunċerti ta’ livell  bis-sehem ta’ artisti lokali u barranin magħrufa kif ukoll l-Orkestra Nazzjonali.  Din is-sena nsibuha qed timbarka fuq proġett ġdid bit-tnedija tal-ewwel edizzjoni ta’ Mini-Festival imsejjaħ MUSIC+

    MUSIC+ se jkun jikkonsisti f’recitals minn artisti lokali u barranin, master classes f’diversi strumenti, workshops għall-istudenti tal-iskejjel primarji, talks u fl-aħħar Konferenza.

    MUSIC+ se tibda l-Ġimgħa 28 ta’ Settembru 2018 b’recital  minn Edlira Shkurti (vjolin) u Erga Halilaj (pjanu), it-tnejn mill-Albanija. Tal-ewwel hija membru tal-RTSH Orchestra ta’ Tirana l-Albanija waqt li tat-tieni  barra li hija wkoll membru fl-istess Orkestra, hija Visiting Professor fl-Universita’ tal-Arti fil-belt ta’ Tirana.  Wara jiġu tliet Recitals oħra: l-ewwel waħda l-għada s-Sibt 29 ta’ Settembru mill-pjanista żagħżugħ Għawdxi Francis James Camilleri; kunċert ieħor l-għada l-Ħadd 30 ta’ Settembru bis-sehem ta’ Laura Magistrelli (klarinett) u Marina degl’Innocenti (pjanu), it-tnejn li huma mill-Italja.  Ta’ min jgħid li Magistrelli hija Professur tal-klarinett fil-Konservatorju Giuseppe Verdi ta’ Milan.  It-tielet kunċert sa jsir il-Ħadd 28 ta’ Ottubru bis-sehem Brendan Ball (kurunetta) li jdoqq mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, u l-pjanista Elaine Mercieca.  Dawn iż-żewġ solisti se jdoqqu l-World Premiere Deconstructed Images ta’ Alan Cassar.  Barra għadd ta’ klassiċi, min se jattendi se jkollu ċ-ċans ukoll li jisma’ mużika ta’ kompożituri lokali.  Il-kunċerti kollha sa jsiru fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex Victoria u jibdew fis-7.30pm.

    Laura Magistrelli, Edlira  Shkurti, u Erga Halilaj, matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu  tas-Sibt 29 ta’ Settembru se jkunu qegħdin jagħtu master classes fil-klarinet, vjolin u pjanu rispettivament.  Dawn il-lezzjonijiet sa jsiru fil-Gozo Visual nad Performing Arts School fix-Xewkija. 

    Sa jsiru wkoll żewġ workshops oħra għal tfal mill-iskejjel Primarji - Opera 4 Kids -  li sa jitmexxew minn Ms Sarah Spiteri.  Dawn sa jsiru l-Ħamis 4 ta’ Ottubru.

    L-għada l-Gimgħa 5 ta’ Ottubru, fis-7.30pm Dr Abraham Borg, fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex se jitkellem dwar  Opera in Malta: a brief overview. 

    MUSIC+ jasal fi tmiemu bil-Konferenza ‘Il-futur tal-Opra f’Malta’  fi fiha jieħdu sehem rappreżentanti mill-entitajiet kollha li huma nvoluti fil-produzzjonijiet operistic fil-gzejjer Maltin.  Imexxi d-diskussjoni Dr Paul Xuereb u din l-attivita interessanti se tkun indirizzata  wkoll minn Ms Cecilia Xuereb u s-sopran internazzjonali Miriam Gauci.  Din il-Konferenza sa ssir il-Ġimgħa 9 ta’ Novembru 2018 fic-Circolo Gozitano, Pjazza Savina, Victoria fis-7.30pm.  Tkun bil-Malti u mportanti li wieħed jirreġistra biex ikun jista’ jattendi.

    Id-Direzzjoni artistika ta’ MUSIC+ hija f’idejn Joseph Debrincat. 

    L-attivtajiet kollha huma bla ħlas.

    MUSIC+ qed ikun sostnut bl-iskema “Ministry for Gozo NGO Assistance Scheme” programm ta’ finanzjarjament għall-Organizzazzjonijet Voluntarji f’Għawdex.  

    Għall-iktar dettalji tistgħu tikkuntattjaw: musicplusgozo@gmail.com.  Tistgħu wkoll iċċemplu: 79703288 / 99487341

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0