"Tkunx beżżiegħ, l-annimali jfittxuk fl-aħħar nifsijiet ta' ħajjithom"... Veterinarju jispjega li l-annimal mhux kapaċi jaċċetta l-fatt li sidu abbandunah

  • Set 11, 2018 16:16
  • Miktub minn iNews
"

    Veterinarju b’qalbu maqsuma qasam l-esperjenza tiegħu mal-pubbliku u saħaq dwar il-biżgħa li jħossu l-pets li jittieħdu għand veterinarji biex dawn jitraqqdu minħabba xi raġuni jew oħra.

    F’kitba mill-paġna ta’ klinika fl-Afrika ta’ Isfel, wieħed mill-veterinarji spjega li l-annimali ma jkunux kapaċi jifhmu għaliex sidhom ikun ħallihom f’dawk l-aħħar nifsijiet ta’ ħajjithom.

    Huwa żied jappella biex dawk li jaslu jieħdu din id-deċiżjoni jkunu kapaċi jagħmlu l-kuraġġ u ma jħallux il-pets tagħhom f’kamra mimlija persuni li għall-kelb huma kollha persuni ġodda.

    Qal ukoll li ħafna sfortunatament ma jafux li l-annimali maħkumin mill-paniku ta’ din it-transizzjoni mill-ħajja għall-mewt, ifittxu fost l-uċuħ li jkun hemm fil-kamra bit-tama li jagħmlu kuntatt ma’ sidhom.

    Fi kliem l-istess veterinarju “huma ma jifhmux li int tkun ħallejthom għax ikunu xjuħ jew morda b’mard terminali, huma jfittxu biss il-fsied.

    Il-kitba kienet iffirmata mill-‘veterinarju b’qalb maqsuma quddiem dawn ix-xeni” u kienet imxerrda ‘l fuq minn 87,000 darba madwar id-dinja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0