Bosta jagħżlu li ma jevakwawx minkejja li l-uragan Florence mistenni jkompli jżid fis-saħħa

  • Set 13, 2018 09:08
  • Miktub minn iNews

    L-uragan Florence, l-iktar matempata b’saħ­ħitha li qiegħda thedded lil Carolinas f’dawn l-aħħar tletin sena mistennija li żżid fis-saħħa tagħha.

    Uffiċjali qed iwissu li din il-maltempata mistennija li tkun ta’ theddida għall-ħajja l-aktar minħabba li mistenni jogħla sew il-livell tal-ilma. Din it-theddida hija mistennija fuq perjodu ta’ 48 siegħa. Il-maltempata Florence tinsab miexja lejn il-Kosta ta’ Lvant tal-Istati Uniti.

    Fil-preżent, is-saħħa tar-riħ ta’ din il-maltempata huwa ta’ 140 mil fis-siegħa (225 kilometru) u din il-maltempata bħalissa tinsab f’kategorija erbgħa.

    Skont dak li qiegħed jiġi mbassar, din il-maltempata tista’ tagħmel landfall nhar il-Ġimgħa li ġejja, qrib Wilmington, f’North Carolina. 

    Minħabba din it-theddida l-istati ta’ Virginia Maryland, Washington DC u North u South Carolina, kollha ddikjaraw stat ta’ emerġenza.

    Il-Gvernatur ta’ North Carolina Roy Cooper meta kien qiegħed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet qal li “din il-maltempata hija monstru.” Cooper tenna li din hija “perikoluża immens, ta’ theddida għall-ħajja, u hija uragan storiku.” Bħala preparazzjoni għal dan, f’partijiet minn South Carolina, North Carolina u anke Virginia ġiet implimentata evakwazzjoni mandatorja. B’kollox din l-evakwazzjoni laqtet miljun persuna.

    Intant skont il-Professur Robert Meyer qal li minħabba ċertu fatturi fosthom l-ottimiżmu, b’persuni jemmnu li se jmur kollox sew u mhux se jkunu huma li jintlaqtu mill-urugan u b’hekk jagħżlu li ma jevakwawx.

    Huwa qal ukoll li nuqqas ta’ ċertezza jwassal ukoll għal dak li kont se tkun qiegħed tagħmel qabel, iġifieri li ma tagħmel xejn.

    Meyer żied jgħid li oħrajn ma jevakwawx għax jaġixxu bl-istess mod tal-ġirien tagħhom u jagħżlu li jiddependu fuq id-deċiżjoni ta’ ħaddieħor.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook