ARA: “Għandna nkomplu nippromwovu l-ugwaljanza”

  • Set 13, 2018 11:28
  • Miktub minn iNews

    Bħala parti mill-attivitajiet tagħha fl-okkażjoni tal-Pride Week, il-fergħa taż-żgħażagħ tal-General Workers’ Union (GWU Youths) ilbieraħ organizzat movie night fil-bini tal-GWU fejn intwera’ film dwar kif l-għaqdiet tal-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet LGBTIQ jistgħu jaħdmu għal kundizzjonijiet aħjar fuq il-postijiet tax-xogħol u fis-soċjetà.

    B’rabta ma’ din l-attività inewsmalta tkelmet mas-Segretarju tal-GWU Youths Kendrick Bondin, li qalilna li bħala organizzazzjoni li jaħdmu ħafna fil-qasam tal-ugwaljanza kien “tassew importanti u kruċjali” li huma wkoll jieħdu sehem fil-Pride Week - ġimgħa ta’ ċelebrazzjonijiet ta’ kisbiet li għamel pajjiżna fil-qasam tal-libertajiet ċivili u d-drittijiet umani.

    “Fil-fatt bħala GWU konna fost l-ewwel li ktibna policy paper favur persuni li huma LGBTIQ lura fl-2009. Konna preżenti fil-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ugwaljanza biex il-ħaddiem iħossu komdu fis-soċjetà tagħna. Għaldaqstant għandna nkomplu nippromwovu dan kollu,” tenna s-Segretarju tal-GWU Youths.

    Huwa qalilna li l-film li ntwera - Pride (2014) - huwa bbażat fuq storja vera u jieħdok lura għas-snin tmenin. Jieħdu sehem fih ħaddiema li jaħdmu fil-minjieri u għaqda tal-komunità msejħa Lesbians and Gays Support the Minors.

    Din l-għaqda iddeċidiet li tibda tgħin lil dawn il-ħaddiema fil-ġlieda tagħhom għan-nuqqasijiet ta’ drittijiet li huma kienu qed jirċievu mingħand il-Gvern konservattiv ta’ dak iż-żmien immexxi minn Margaret Thatcher.

    Bondin jgħid li f’dan il-film wieħed jinnota wkoll id-disparità li hemm bejn dawn il-ħaddiema tal-minjieri u din il-komunità LGBTIQ li jibdew jipprovaw jikkomunikaw u jsibu kompromess flimkien. Eventwalment iż-żewġ partijiet ingħaqdu flimkien u fl-1995 għaddiet leġislatura favur persuni LGBTIQ grazzi għall-ħaddiema mijiera.

    “Hawnhekk qed naraw kif din il-komunità LGBTIQ, li fis-soċjetà huma ħaddiema wkoll, għenu lil ħaddiema oħra li ħafna drabi ma kinux jassoċjaw ruħhom flimkien. Dawn ingħaqdu flimkien u kisbu suċċessi kbar. Irridu nuru li permezz ta’ din il-komunikazzjoni fejn hemm l-għaqda ikun hemm is-saħħa,” tenna Bondin.

    Sadanittant, is-Segretarju tal-GWU Youths tkellem ukoll dwar il-Pride March li se ssir is-Sibt li ġej u li se jieħdu sehem fiha l-GWU Youths u uffiċjali tal-GWU. Huwa qal li: “min irid jingħaqad magħna jista’ jagħmel dan. Se nkunu qed ningħaqdu mal-folla f’din il-mixjabiex insaħħu l-kunċett ta’ ugwaljanza, li kulħadd għandu jiġi rispettat fis-soċjetà demokratika Maltija u li kulma jmur iktar qed insaħħu l-ugwaljanza bejnietna kollha.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0