Aġġornata: Ma jingħatax il-permess għall-bini tal-pompa tal-petrol fiż-Żejtun

  • Set 13, 2018 12:14
  • Miktub minn iNews

    Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, b’10 voti favur u wieħed kontra, qabel mar-rakkomandazzjoni tad-direttorat li l-pompa tal-petrol ġdida f’Bulebel m’għandiex tinbena.

    Aktar kmieni l-preżentazzjoni tal-proposta quddiem il-bord tal-Awtorita tal-Ippjanar, dwar il-pompa tal-petrol fiż-żona industrijali taż-Żejtun kellha titwaqqaf għal xi ħin wara li attivisti tal-Moviment Graffitti u Kamp Emerġenza Ambjent ippreżentaw ruħhom biex isemmgħu leħinhom.

    Minħabba l-atteġġjament ta’ dawn ta’ fuq kellha tissejjaħ l-assistenza tal-Pulizija. Jidher li minħabba l-ammont ta’ storbju li kien hemm fid-daħla tal-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar l-laqgħa kellha tiġi mwaqqfa minħabba s-sitwazzjoni li dehret teskala fiż-żona.

    Fi stqarrija maħruġa minnu l-Moviment tal-Grafitti qal li huma flimkien mal-Kamp Emerġenza Ambjent qed jemfasizzaw il-fatt li, disa’ xhur sħaħ wara l-wegħda tal-awtoritajiet li se tiġi riveduta l-Fuel Service Station Policy l-ebda tibdil għadu ma sar s’issa. Il-Moviment Grafitti qal li l-policy kurrenti tippermetti l-bini tal-hekk imsejħa pompi tal-petrol enormi (jew aħjar ċentri kummerċjali) fuq art naturali u agrikola immarkata bħala barra ż-żoni tal-iżvilupp (ODZ). Saħqu li qed jesiġu li l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet pendenti kollha għal pompi tal-petrol ODZ jiġi sospiż sakemm il-policy riveduta tidħol fis-seħħ.

    Il-Moviment Grafitti qal li dwar il-każ tal-pompa tal-petrol taż-Żejtun li qed tiġi diskussa mill-Bord illum, il-PA wriet għal darb’oħra li tagħmel minn kollox biex taġevola lill-iżviluppaturi. Stqarr li r-rakkomandazzjoni tal-case officer tal-PA stess dwar pompa tal-petrol ta’ 3,000m² proposta fuq art agrikola fiż-Żejtun kienet li għandha tkun irrifjutata. Temm jgħid li madanakollu, minflok ma qabad u rrifjuta l-applikazzjoni mill-ewwel waqt il-laqgħa tal-Ħamis 2 t’Awwissu, il-Bord tal-PA ppospona l-laqgħa biex jagħti lill-iżviluppatur iktar żmien biex jiġġustifika l-każ tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0