Siti tal-internet b’siegħa ċans biex ineħħu kontenut estremista

  • Set 13, 2018 14:40
  • Miktub minn iNews

    Google, Facebook u Twitter issa se jkollhom siegħa ċans biex ineħħu kull kontenut estremista u jekk jonqsu li jagħmlu dan, huma jiffaċċjaw multi kbar. Dan ħabbru l-President ta’ Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker.

    Fid-diskors tiegħu ann­wali ta’ State of the Union quddiem il-Parlament Ewopew, Junker qal li din se tkun “siegħa deċiżiva”.

    Kumpaniji kbar tal-internet bħal dawk imsemmija iktar kmieni, f’Marzu li għadda kienu ngħataw tliet xhur biex juru li huma qed jaħdmu bis-serjetà biex ineħħu immedjatament posts li jkunu radikali. Iżda r-reglolaturi tal-Unjoni Ewropea qalu li s’issa sar ftit li xejn.

    Jekk l-awtoritajiet jindunaw b’posts li jkunu jinċitaw u jippromwovu l-estremiżmu, dan il-kontenut irid jiġi mneħħi fi żmien siegħa. Jekk jonqsu li jagħmlu dan, dawn il-kumpaniji jistgħu jeħlu multa li tlaħħaq sa 4% tal-introjtu finanzjarju tagħhom ta’ sena. 

    Tajjeb li ngħidu li din il-proposta jeħtieġ li jkollha l-appoġġ tal-pajjiżi li jifformaw l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Parlament Ewro-pew.

    Bħala risposa għal dan Facebook wieġeb billi qal li fuq dan is-sit soċjali m’hemmx post għat-terroriżmu u l-estremiżmu u għalhekk huma se jappoġġjaw il-ġlieda tal-Kummissjoni Ewropea. 

    L-istqarrija kompliet tgħid li permezz ta’ sfroz kongunt ir-riżultati jistgħu jintlaħqu. Facebook kompla jgħid li s’issa huma rnexxielhom iwaqqfu ħafna propoganda terroristika iżda tennew li għad fadal ħafna iktar x’jista’ jsir. Il-kelliemi ta’ YouTube wkoll esprima l-istess ħsieb ta’ Facebook. 

    Dawn is-siti tal-internet, jekk tgħaddi din il-proposta, ikun jeħtiġilhom li jiżviluppaw metodi biex “jgħassu” fuq il-kontenut, iżda s’issa għadu mhux magħruf kif se jsir dan.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook