"Is-settur bankarju għandu rwol importanti fl-ekonomija"

  • Set 13, 2018 15:12
  • Miktub minn iNews

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat irrimarka li l-industrija bankarja għandha rwol importanti fl-ekonomija lokali.

    Huwa saħaq dan waqt li kien qed jitkellem fl-inawgurazzjoni tal-uffiċini l-ġodda tal-Ferratum Bank fil-Gżira li għaliha kienu preżenti wkoll, fost oħrajn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA Joseph Cuschieri, il-Kap Eżekuttiv tal-Ferratum Bank Jorma Jokela u l-eks-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech li fi żmien fetaħ il-bank.

    Muscat qal li l-inawgurazzjoni tal-uffiċini l-ġodda mhix sorpriża kemm għax il-Ferratum Bank ilu jespandi mindu twaqqaf fl-2005 u llum qed jopera f'25 pajjiż kif ukoll għall-mod kif miexi l-pajjiż.

    “L-investiment ġdid ifisser fiduċja fil-pajjiż u l-opportunitajiet li joffri speċjalment f'dawn iż-żminijiet eċċitanti meta Malta hija fuq quddiem fit-tibdil grazzi għall-innovazzjoni. Fuq kollox hija stqarrija kbira ta' impenn lejn il-ġurisdizzjoni tas-servizzi finanzarji”.

    Muscat irrefera għall-aħħar statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għat-tieni kwart tas-sena, fejn Malta kellha tkabbir fl-ekonomija ta' 5.9%, u waqt li rrimarka li din kienet tliet darbiet akbar il-medja tal-UE saħaq li dan ma ġiex b'kumbinazzjoni imma hija tendenza li Malta ilha għaddejja minnha għal dawn l-aħħar ħames snin.

    Kien hawn li l-Prim Ministru insista li l-industrija bankarja għandha rwol importanti fl-ekonomija fejn semma kif il-Gvern qed isaħħaħ l-MFSA biex is-superviżjoni finanzjarja tkun modernizzata u togħla fil-livell.

    Huwa żied li fl-istess waqt jemmen li l-irwol tar-regolaturi qiegħed hemm mhux biss biex jagħmel superviżjoni u jissanzjona imma biex jgħin lis-settur bankarju jsir iktar innovattiv u jkompli jiżviluppa.

    Fi tmiem id-diskors tiegħu, il-Prim Ministru esprima l-konvinzjoni tiegħu li l-Ferratum Bank ikompli jadotta r-rivoluzzjoni tal-Fintech biex jespandi u jesplora l-opportunitajiet li dan is-settur joffri.

    Il-Kap Eżekuttiv tal-Ferratum Bank, Jorma Jokela, faħħar il-ħidma li qed jagħmel il-Gvern Malti fil-qasam tat-teknoloġija diġitali u rrimarka li dan jagħmel l-affarijiet possibbli.

    Min-naħa tiegħu, Jokela faħħar il-ħidma li qed jagħmel il-Gvern Malti fil-qasam tat-teknoloġija diġitali u rrimarka li dan l-atteġġjament jagħmel l-affarijiet possibbli.

    Huwa irrimarka wkoll kif is-suċċess għall-iżvilupp huwa ibbażat fuq tliet fatturi: li jkollok impjegati ta' ħila, regolatur li jgħinek tiżviluppa u gvern li jagħmilha possibbli li l-kumpanija timxi 'l quddiem.

    Ferratum Bank twaqqaf fil-Finlandja fl-2005 u beda jopera minn pajjiżna fl-2012 fejn jispeċjalizza f'self lin-negozji. Huwa jimpjega madwar 1,000 persuna f'25 pajjiż fosthom 300 f'Malta u qed jippjana li jżied in-numru ta' impjegati fostna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0