Leġiżlaturi tal-UE jaqblu dwar riformi fil-Copyright

  • Set 13, 2018 15:39
  • Miktub minn iNews

    Il-leġiżlaturi tal-Unjoni Ew­ropea lbieraħ qablu dwar pożizzjoni komuni dwar il-copyright qabel id-diskussjonijiet mat-28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewopea. Din il-leġiżlazzjoni tisforza lil Google, Facebook u kumpaniji oħrajn ġganti biex jaqsmu d-dħul b’mod iktar ġust ma’ industriji Ewropej.

    Fost il-leġiżlaturi f’assemblea, 438 ivvotaw favur waqt li 226 ivvotaw kontra. 39 astjenew. Il-pass li jmiss fin-negozjati huwa mal-Kummissjoni Ewropea u t-28 pajjiż membru tal-UE fejn dawn isemmgħu leħinhom dwar il-po­żizzjonijiet differenti tagħ­hom qabel tiġi aġġornata l-liġi priżenti tal-copyrights.

    Il-maġġoranza tal-leġiżlaturi f’Lulju li għadda kienu rriġettaw l-proposti iebsa li kien għamel kumitat imwaqqaf apposta li ġie mqabbad mill-Parlament biex janalizza din is-sitwazzjoni. 

    Il-Kummissjoni kienet nediet dan id-dibattitu sentejn ilu f’attentat biex tiżgura li pjattaformi onlajn iħallsu lill-pubblikaturi, xandara u anke artisti ammont ġust mid-dħul li jagħmlu u jerfgħu responsabbiltà f’każ ta’ ksur ta’ liġi.

    Dan id-dibattitu kien iffokat dwar żewġ punti: l-ewwel wieħed hu li se jisforza lil kumpaniji bħal Google, Microsoft u oħrajn kbar biex iħallsu lill-pubblikaturi talli dawn itellgħu siltiet ta’ aħbarijiet. It-tieni waħda hija filtru mandatorju, li jitlob minn kumpaniji bħal YouTube, GitHub u Instagram biex jinstallaw filtri ħalli jipprevjeni lill-utenti milli jtellgħu materjal li jikser il-copyright.

    Din il-liġi hija waħda kontroversjali ħafna u kien hemm numru ta’ persuni li ma jaqblux magħha. Il-kritiċi ta’ din il-liġi qed jgħidu li biha issa ċ-ċensura se tiġi normalizzata u se twassal biex il-libertà fuq l-internet tiġi mhedda. Dan għax din il-liġi se tipprevjeni lill-utanti milli jtellgħu materjal li jvarja minn sempliċi memes għal artikli minn kumpaniji tal-aħ­barijiet. L-għan tal-leġiż­laturi huwa li jaġġornaw il-liġi tal-copyright għas-sek­lu 21.

    Kif imsemmi iktar kmieni, il-kontroversja hija marbuta ta’ żewġ sezzjonijiet tal-liġi: Artikli 11 u 13.

    Artiklu 11 jippermetti li pubblikaturi tal-aħbarijiet ikollhom id-dritt tal-copyright fuq materjal tagħhom li jiġi mxerred online. Dan ifisser li huma jkunu jistgħu jitolbu flus lil kumpaniji bħal Google News talli din tagħmel aggregazzjoni tal-istejjer. 

    Artiklu 13 isejjaħ għal tekoloġija li tiffiltra materjal li huwa protett bil-copyright. Il-kritiċi qed jgħidu li din il-liġi tista’ tweġġa’ lill-utenti tal-midja soċjali hekk kif dawn ma jkunux jistgħu jxerrdu memes u siltiet mużikali jew ta’ films.

    Din il-liġi tista’ taffettwa b’mod negattiv kumpaniji bħal Facebook u YouTube hekk kif dawn jiddependu ħafna mill-materjal li jtellgħu l-utenti tagħhom. Kumpaniji bħal Google huma kontra din il-liġi 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook