It-tlettax-il edizzjoni tal-Festival Internazjonali tal-Folklor fil-Qala

  • Set 13, 2018 16:51
  • Miktub minn iNews

    Għat-tlettax-il sena konsekuttiva, il-Qala ser ikun qed jospita l-Festival Internazzjonali tal-Folklor, li din is-sena se jsir bejn il-21 u t-23 ta’ Settembru.   

    Id-dettalji dwar dan il-festival, ingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u mis-Sindku tal-lokalità s-Sur Paul Buttigieg. 

    Il-Ministru Justyne Caruana saħqet li l-qasam folkloristiku huwa aspett li jikkonverġi mal-objettivi tal-viżjoni tal-Ministeru għal Għawdex, li tfittex tikkonserva u tippromwovi l-wirt kulturali u storiku li huwa minsuġ fit-tessut karatteristiku li jifforma l-identità distinta tal-gżira ta’ Għawdex. Il-Ministru Caruana qalet li f’żmien ta’ ftit ġimgħat, il-Qala ser tkun organizzat żewġ avvenimenti kulturali kbar; il-Festa Għawdxija u l-Qala International Folk Festival. Caruana fakkret kif dawn iż-żewġ attivitajiet ibbenefikaw minn fondi li għadda l-Ministeru għal Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex qalet li l-vizjoni tal-Ministeru qed tagħti l-frott hekk kif kull lokalità f’Għawdex qed twassal avvenimenti kuturali differenti u għalhekk il-Ministeru għal Għawdex qed jinvesti sostanzjalment f’dawn l-attivitajiet.

    Is-Sindku tal-Qala, Paul Buttiġieġ ta d-dettalji ta’ din l-edizjoni li fiha ser jipparteċipaw tliet gruppi barranini. Dawn il-gruppi, li ser jingħaqdu mall-grupp Menħir Qala Folk Group huma ġejjin mill-Italja, l-Irlanda u r-Russja. Filwaqt li rringrazja lill-Ministru għal Għawdex tas-sostenn sostanzjali f’din l-attività, is-Sindku stieden lill-pubbliku biex jattendi bi ħġaru u jiddeverti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0