“Il-mixja ta’ solidarjetà ma kellha l-ebda konnessjoni ma’ xi każ individwali jew partikolari”

  • Set 13, 2018 17:05
  • Miktub minn iNews

    “Il-mixja ta’ solidarjetà mal-Pulizija f’Mejju li għadda saret b’appoġġ u solidarjetà lejn il-korp tal-Pulizija kollu, u mhux minħabba xi każ individwali jew partikolari.”

    Dan qaluh il-Police Officers Union u l-Malta Police Association fi stqarrija maħruġa minnhom b’reazzjoni għal diversi rappurtaġġi fuq il-midja lokali rigward l-istess mixja li saret nhar id-19 ta’ Mejju li għadda.Fost dak irrappurtat il-media fl-aħħar jiem kien hemm ir-rikors li ressqu l-avukati ta’ Liam Debono, iż-żagħżugħ akkużat bl-attentat tal-qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri.

    Ir-rikors jgħid li l-każ li qed jinstema’ fil-Qorti fil-konfront ta’ Debono, hu wieħed preġudikat minħabba l-fatt li l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca attendiet għal din il-mixja, u li skont l-avukati ġiet imtella’ fil-kuntest tal-każ li seħħ ftit tal-jiem qabel jiġifieri tal-attentat ta’ qtil ta’ Simon Schembri.

    Għal dawn ir-rapporti fil-midja, iż-żewġ unjins pulizjeski enfassizaw il-fatt li din il-mixja ta’ Solidarjeta’ ma kellha l-ebda konessjoni ma’ xi każ partikolari u żiedu jippubblikaw is-sejħa għall-istampa oriġinali ta’ nhar is-17 ta’ Mejju.

    Is-sejħa kienet tgħid li l-mixja tad-19 ta’ Mejju, “se ssir b’appoġġ u solidarjetà lejn il-membri tal-Korp tal-Pulizija, f’dak li jsoffru u jgħaddu minnu kuljum sabiex jaqdu mill-aħjar li jistgħu d-doveri tagħhom b’sogru għalihom u għall-qraba tagħhom.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0