Express Trailers Tniedi Akkademja ta’ Taħriġ

  • Set 13, 2018 18:32
  • Miktub minn iNews

    Ir-riżorsi umani huma aspett importanti ħafna għal Express Trailers tant li l-aktar proġett riċenti f’dan il-qasam huwa t-twaqqif ta’ l-Express Trailers Training Academy, bil-għan li twassal taħriġ regolari lill-impjegati kollha u tkompli tiżviluppa l-ġenerazzjoni ġdida ta’ professjonisti fil-qasam tal-loġistika li jkunu esperti fit-teorija, il-prattika u l-esperjenza.

    “L-intenzjoni tagħna hija marbuta mal-mod kif nippreferu li naħdmu aħna. Aħna ma nimpjegawx u nieqfu hemm imma nipprovdu lill-impjegati tagħna bl-opportunita li javvanzaw fil-karriera b’mod strutturat permezz ta’ pjan li bih ngħaddu l-esperjenza u t-tagħrif tagħna biex in-nies tagħna jsiru dejjem iżjed kompetenti,” jispjega Franco Azzopardi, Chairman u CEO ta’ Express Trailers.

    “Permezz ta’ l-Express Trailers Training Academy ġdida tagħna, se nkunu qed inħarrġu lin-nies tagħna fl-arti tal-loġistika, f’kull aspett inkluż it-trasport, fuq livell ta’ klijenti, fl-operat, l-ippjanar, l-amministrazzjoni u l-management. Irridu nitrasmettu l-esperjenza kbira li ksibna matul is-snin billi ninvolvu wkoll lill-impjegati li għandhom l-iżjed esperjenza kif ukoll dawk li għadhom kemm irtiraw biex dak li jafu, jgħadduh lill-impjegati,” żied Franco Azzopardi.

    Is-sur Azzopardi saħaq kif l-Express Trailers dejjem kienet minn ta’ quddiem fil-mod kif twettaq l-affarijiet.

    “Hemm ċans li ħaddieħor jipprova jagħmel l-istess ħaġa. Fil-fatt, nistenna wkoll li jkun hemm min wara li jkun tħarreġ magħna, jsib impjieg ma’ ħaddieħor b’riżultat li dik l-esperjenza u tagħrif imorru għand kumpaniji oħra. Ma nara xejn ħażin b’daqshekk. Anzi huwa l-interess tagħna li naraw l-industrija tkompli tikber mhux biss f’termini ta’ numri iżda b’mod iżjed ħolistiku speċjalment fil-kwalita ta’ servizz li toffri.”

    L-Akkademja ta’ taħriġ ta’ Express Trailers se twassal taħriġ speċjaliżżat minn kumpaniji akkreditati kemm permezz ta’ korsijiet fiżiċi kif ukoll korsijiet online li l-impjegati jistgħu jagħmluhom fil-ħin tagħhom u skond il-pass li jippreferu. Ma’ kull kors, l-impjegati jingħataw ċertifikat. 

    L-ewwe kors fil-fatt se jkun kors online dwar Incoterms u dokumentazzjoni. Suġġetti oħra se jkunu l-GDPR, proċeduri marbuta mas-saħħa u s-sigurta u korsijiet f’soft skills.

     

     

     

     

     

    “Pożittivi ħafna li n-nies tagħna se jilqgħu din l-inizjattiva li żgur se tgħinhom ikomplu jsaħħu l-iżvilupp professjonali tagħhom. Personalment, qed inħares lejn din l-inizjattiva bħala opportunita li tkompli ssaħħaħ ir-reputazzjoni mill-aqwa li Express Trailers diġa għandha bħala kumpanija li tħaddem u li mhux biss timpjega iżda tħarreġ lin-nies tagħha jkunu l-aqwa esperti tal-loġistika fis-suq,” temm Franco Azzopardi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0