“Qed naraw kif rondi tal-Pulizija fil-Marsa jsiru permanenti”

  • Set 13, 2018 18:56
  • Miktub minn iNews

    “Minbarra li żdiedet il-preżenza tal-Pulizija u tal-Forzi tal-Ordni fit-toroq tal-Marsa u l-Ħamrun, bħalissa qed naraw kif din tista’ ssir permanenti u mhux sporadika jew xi ħaġa tal-mument.”

    Hekk sostna l-Prim Ministru Joseph Muscat meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-ġurnalisti b’rabta mas-sitwazzjoni preżenti fil-Marsa u l-Ħamrun.

    Huwa nsista li l-infurzar għandu jitwettaq indipendentement min-nazzjonalità tal-individwu. “Jumejn ilu rajt video ta’ tnejn min-nies jiġġieldu onlajn. Li kieku kienu ta’ karnaġġjon skur illum noqogħdu ngħidu ara x’arukaża… imma rriżulta li dawn kienu Maltin. L-infurzar għandu jsir irrispettivament jew dawk li jiksru l-liġi humiex Maltin jew barranin,” qal Dr Muscat. 

    Sadanittant, f’kumment li ta lil dan il-ġurnal, is-Sindku tal-Marsa Frans Debono qalilna li r-rondi fl-inħawi żdiedu għal dawn l-aħħar ġimgħat. Fl-istess waqt saħaq ukoll li ma jistax ikollok il-pulizija kullimkien u jekk ikunu f’post xorta jista’ jinqala’ l-inkwiet x’imkien ieħor fejn ma jkunx hemm pulizija jduru.

    Is-Sindku tal-Marsa saħaq li dawn ir-rondi huma importanti l-iktar jekk isiru ‘spot checks’ f’ħinijiet u bnadi differenti għax b’hekk il-persuni barranin ma jidrawx ir-rutina tagħhom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0