Kważi €600,000 għal tliet toroq fin-Nadur... titlesta l-ewwel waħda, Triq Wied Binġemma

  • Set 13, 2018 19:24
  • Miktub minn iNews

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri żar in-Nadur fejn għadha kif tlestiet Triq Wied Binġemma, u se jibda x-xogħol fuq Triq Xurdin u Triq Inżul il-Franċiżi, tliet toroq li għalihom il-kunsill tan-Nadur ibbenefika minn kważi minn €600,000 fondi tal-Unjoni Ewropea u tal-Gvern Malti. Il-Perit Clint spjega kif Triq Wied Binġemma hija waħda mit-toroq rurali li huma ffinanzjati mill-Programm għall-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020.

    F’Għawdex 16-il triq rurali qegħdin jiġu mtejba għall-benefiċċju tas-settur agrikolu u l-komunitajiet rurali bħala parti miż-żewġ miżuri li tħabbru ftit tax-xhur ilu, waħda biex jinbnew it-toroq rurali (Miżura 4.3) u l-oħra biex jitranġaw il-ħitan tas-sejjieħ (Miżura 4.4). 

    Is-Segretarju Parlamentari semma kif permezz ta’ dawn il-fondi f’Għawdex qegħdin igawdu l-kunsilli lokali Ta’ Sannat, in-Nadur, ix-Xagħra, Kerċem, l-Għarb u Żebbuġ. Fil-fatt fakkar Camilleri l-ġimgħa l-oħra saret żjara fi Triq Bardan f’ Ta’ Sannat fejn bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet.

    Qal li ’l fuq minn 1,000 bidwi mistennija jibbenefikaw minn dan it-titjib fl-aċċess ta’ toroq rurali madwar il-gżejjer tagħna biex b’hekk ikunu jistgħu jtejbu l-attivitajiet tagħhom kif ukoll iżidu l-effiċjenza.

    Għaldaqstant, qal il-Perit Camilleri, “qegħdin inkomplu nibnu fuq il-progress li sar fl-aħħar snin, sabiex numru ta’ toroq li jagħtu aċċess għal diversi għelieqi f’Malta u Għawdex jerġgħu jinbnew jew jiġu rranġati skont il-bżonn.” Camilleri stqarr b’sodisfazzjon li għalhekk, “permezz tal-għajnuna li se tingħata taħt din il-miżura, parti kbira mill-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin, se jkunu qed igawdu mit-titjib fl-aċċess biex b’hekk ikunu jistgħu jtejbu l-attivitajiet tagħhom kif ukoll jżidu l-effiċenza.” 

    Min-naħa tiegħu s-Sindku tan-Nadur Edward Said irringrazza lis-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri tal-għajnuna kontinwa tiegħu biex ikunu jistgħu jiġu vvutati dawn il-fondi u jinġiebu dawn il-fondi għall-irħula tagħna.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja Clint Camilleri temm jgħid li dan il-Gvern huwa kommess li jkompli jkun dak li jintervjeni b’mod biex itejjeb il-kundizzjonijiet, l-infrastruttura u l-opportunitajiet li għandhom il-bdiewa biex iwettqu l-attività tagħhom b’mod li jilħaq l-aspirazzjonijiet u x-xewqat tagħhom.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0