Delia kien kontra l-'pushbacks', issa jbeżża' bil-barranin… diversi għaqdiet jgħidu li l-lingwaġġ użat minnu huwa maħsub biex jiġġenera l-mibegħda, d-diskriminazzjoni, l-esklużjoni u l-vjolenza

  • Set 13, 2018 18:51
  • Miktub minn iNews

    Il-mod kif il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia tkellem nhar il-Ħadd li għadda fir-rigward tal-barranin mhux biss urta diversi għaqdiet mhux-governattivi (NGOs) imma wassal biex bosta ftakru kif huwa kien wieħed minn diversi avukati li fl-2013 ipprotestaw kontra l-ħsieb tal-Gvern li jibgħat lura immigranti li waslu Malta fuq dgħajsa.

    Dakinhar Delia kien wieħed minn 69 avukat, fil-maġġoranza tagħhom magħrufa sew għall-appoġġ li dejjem taw lill-PN, li b'mod kollettiv iffirmaw protest ġudizzjarju ntiż bħala twissija lill-Gvern.

    Il-każ imur lura gaħd-9 ta' Lulju meta fuq lanċa tal-Forzi Armati ddaħħlu 102 immigranti bl-avukati li ffirmaw il-protest jgħidu li jekk il-Gvern jibgħathom lura kien ikun qed jikser id-drittijiet tal-bniedem.

    Illum it-ton li qed juża l-Kap tal-PN fil-konfront tal-barranin li ġew fostna huwa differenti u fid-diskors tal-Ħadd li għadda ta x'jifhem li hawn Maltin beżgħana fi djarhom u barra proprju minħabba fihom.

    Dan id-diskors nissel tħassib fil-Fondazzjoni Aditus, Allied Rainbow Communities, The Critical Institute, Foundation for Shelter and Support to Migrants, Integra Foundation, Isles of the Left, Jesuit Refugee Service Malta, KOPIN, LIBICO, Malta Emigrants’ Commission, Malta LGBTIQ Rights Movement (MGRM), Men Against Violence, Migrant Women Association, Moviment Graffitti, Platform of Human Rights Organisations in Malta, Richmond Foundation, SOS Malta, SPARK15, St. Jeanne Antide Foundation (SJAF), We Are u The Women’s Rights Foundation.

    “Ninsabu xxukkjati u ddiżgustati bil-kummenti li għadda l-Kap tal-Oppożizzjoni kontra l-barranin. Waqt li uża lingwaġġ xewwiexi u sejjaħ għall-affermazzjoni tal-identità Maltija, Dr Adrian Delia akkuża lill-barranin li jrawmu sentimenti ta’ biża’ u insigurtà u li jikkawżaw kaos bl-identità Maltija tagħna. Dan il-lingwaġġ huwa ta’ stmerrija fid-dawl li huwa maħsub biex jiġġenera l-mibegħda, diskriminazzjoni, esklużjoni u vjolenza, li m’għandu l-ebda post hawn Malta.”

    Minbarra li ikkundannaw id-dikjarazzjonijiet tiegħu, l-għaqdiet ħeġġew lilu u lill-kollegi tiegħu biex joqogħdu pass lura milli jgħidu diskors diviżiv bħal dan. 

    “Huwa ċar li bosta żviluppi nazzjonali u globali għaġġlu fir-ritmu tal-bidliet soċjali, li wasslu biex ir-realtà tal-lum u s-soċjetà tkun differenti minn dik ta’ ftit snin ilu,” saħqu l-għaqdiet filwaqt li rrimarkaw kif mhux kulħadd qiegħed jibbenefika mit-tkabbir ekonomiku preżenti.

    L-għaqdiet sostnew illli l-kummenti ta’ Dr Delia jagħtu x’jifhmu li huwa ħerqan biex jikkapitalizza minn fuq insigurtajiet u sentimenti popolisti u qalu li Delia “mhux biss jiċħad il-fatturi politiċi li kkontribwixxew għal tali miżerja umana, imma jattakka komunitajiet varji li l-inqas denominatur komuni tagħhom huwa dak li mhumiex Maltin.”

    Huma komplew isostnu li diskors bħal dak ta’ Dr Delia mhux biss juri sens ta’ ipokrezija, iżda jqajjem mistoqsijiet serji fir-rigward tal-impenji tal-partit għall-obbligi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u għall-Kostituzzjoni ta’ Malta.

    B'reazzjoni, il-PN ċaħad bil-qawwa kollha li d-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien b'xi mod infjammatorju u nsista li Delia f'ebda mument ma esprima jew mexxa sentimenti li jmorru kontra d-dinjità jew d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. 

    Skont il-PN, Delia esprima b'mod ċar li għandu jkun hemm l-assistenza kollha għal min jista' jitlef ħajtu f'nofs ta' baħar, attakka u kkundanna wkoll il-fatt li diversi persuni barranin sabu ruħhom sfruttati u miżmuma f'razzett jgħixu f'kundizzjonijiet diżumani jew inkella jorqdu barra fil-ġonna u tkellem ukoll favur dawk il-barranin li tħalltu b'mod pożittiv mal-Maltin u l-familji tagħhom u saħaq dwar il-bżonn ta' pjan serju ta' integrazzjoni."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0